għadira | One News

Notifiki

Raġel fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn żewġ jet-skis fl-Għadira

Ingliż ta’ 52 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara  ħabta bejn żewġ jet-skis fil-bajja tal-Għadira. Dan seħħ għall-ħabta tas-13:00 illum.

Ir-raġel l-ieħor li kien involut fl-inċident, li huwa Ingliż ta’ 25 sena, ma sofra ebda ġrieħi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. A.M Grima li ħatret diversi esperti sabiex jgħinuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

 

Qed isir xogħol b’rabta mal-estensjoni tal-bajja tal-Għadira

Projects Malta ħabbret li bħalissa qed isiru x-xogħlijiet b’rabta mal-proġett tal-estensjoni tal-bajja tal-Għadira

 Bħala parti minn dan il-proġett se jsir tħaffir matul il-kosta kollha li hu meħtieġ biex isiru l-istudji neċessarji dwar il-materjal li hemm taħt is-saffi tar-ramel.

Fuq il-bajja se jkun hemm rappreżentanti mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li se jipprovdu l-assistenza u l-informazzjoni meħtieġa. 

 

 

BIL-FILMATI: 4 persuni l-isptar wara ħabta fl-Għadira

Ħabta li seħħet fl-Għadira għall-ħabta tas-18.15 fi Triq il-Marfa wasslet biex 4 persuni ndarbu u kellhom bżonn l-assistenza.

Ġara li vann tal-kiri MV200 misjuq minn mara ta’ 34 sena mill-Gżira instaq wrong way u daħal ġo Mazda demio misjuqa minn mara ta’ 24 sena mill-Fgura li baqgħet dieħla ġo karozza pparkjata.

Dawn ittieħdu l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

Aqra aktar

Il-Pulizija ssib raġel mal-art f’għadira demm f’San Pawl il-Baħar

Ilbieraħ għall-ħabta tas-sebgħa u kwart ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom fi Triq il-Korp tal-Pijunieri, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija mid-Distrett tal-Qawra marru minnufih fuq il-post fejn sabu raġel Rumen  mitluq mal-art f’għadira demm. Għaldaqstant fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom ghaddejjin.

Send this to a friend