george cross | One News

Notifiki

Borg Olivier jersaq lejn il-Kommunisti wara l-Independenza

Dokumenti ġodda li ġew skoperti waqt il-laqgħat tal-Kabinett tal-Gvern Nazzjonalista juru li wara l-Indipendenza tal-1964 il-Prim Ministru George Borg Olivier kien deċiż li jniedi relazzjonijiet uffiċjali mal-Unjoni Sovjetika. Minkejja t-twissijiet kważi ossessivi tal-Arċisqof Mikiel Gonzi, u wara l-qilla tal-inkwiet politiku-reliġjuż tas-snin ta’ qabel bejn Dom Mintoff u l-Knisja preċiżament fuq din il-kwistjoni, bis-solitu mod kwiet tiegħu Borg Olivier fittex li jitħabbeb mas-Sovjetiċi.

Aqra aktar

Il-Prinċep ta’ Wales f’ Malta għall-75 anniversarju mill-għoti tal-George Cross

Il-Prinċep ta’ Wales, li hu wkoll il-President tal-Victoria Cross and George Cross Association, nhar l-4 ta’ Ottubru se jżur Malta biex ifakkar il-75 anniversarju mill-għoti tal-George Cross.

 Ir-Re Ġorġ VI kien ta l-George Cross lil Malta nhar il-15 ta’ April, 1942 bħala għarfien tal-qlubija, tal-erojiżmu u tad-devozzjoni li l-Maltin urew tul l-assedju fit-Tieni Gwerra Dinjija. Il-George Cross baqa’ jidher fuq il-bandiera nazzjonali bħala simbolu tal-qlubija tal-poplu tul il-gwerra.Aqra aktar

Il-George Cross ilu 75 sena li ngħata lill-Maltin

Il-George Cross ilu 75 sena magħna. Dawn huwa s-salib li tista’ tara fuq il-bandiera Maltija, li kien ingħata lill-Maltin mir-Re Ġorġ VI tar-Renju Unit.

Xtaq juri apprezzament lejn l il-poplu Malti fit-Tieni Gwerra Dinjija, meta sofra iżda baqa’ kuraġġuż.

Is-salib ingħata lil Malta fl-1942, u r-Re George VI bagħat messaġġ lill-Gvernatur ta’ Malta Sir William Dobbie, ifaħħar l-eroiżmu u devozzjoni tal-Maltin, li tibqa’ tul iż-żminijiet.

Kull sena llum ikun imfakkar mill-George Cross Island Association.

 

 

Send this to a friend