ġebla – One News

Notifiki

Plejer Malti jesprimi mħabbtu lejn ġebla

Il-Player Malti Joseph Zerafa li lagħab ma’ diversi timijiet f’pajjiżna minħabba l-kapaċitajiet tiegħu, esprima mħabbtu lejn ġebla fuq il-mezzi soċjali tiegħu fejn uża kliem li jintuża biex wieħed jiddeskrivi persuna.

U tista’ tgħid li għandu raġun f’kull aġġettiv li taha. Il-ġebla tibqa’ ġebla, b’saħħitha u b’ras iebsa.

Zerafa huwa magħruf anke ma’ sħabu l-plejers għal umoriżmu li għandu; karatteristika bżonnjuża ferm fid-dinja tal-lum.

 

Sejba straordinarja: bla ma jaf kien se jbiegħ ġebla b’denb ta’ dinosawru

Instab denb ta’ dinosawru ppriżervat b’mod li tista’ ssejjaħlu perfett, fl-ambra.

Din hija skoperta verament unika u rari, u tgħin biex insiru nafu aktar dwar dawn il-kreaturi estinti li ddominaw id-dinja għal aktar minn 160 miljun sena.

Eżaminazzjoni tas-sejba, li d-dettalji tagħha ingħataw fil-ġurnal Current Biology, tiżvela li d-denb kien kannella minn fuq u abjad minn isfel.

Aqra aktar

Send this to a friend