ġdida – One News

Notifiki

ARA: Tinfetaħ il-fabbrika l-ġdida tal-kumpanija Busy Bee b’investiment ta’ €7 miljun

B’investiment ta’ kważi €7 miljun, il-kumpanija Maltija Busy Bee fetħet fabbrika ġdida fl-Imrieħel mgħammra bl-aqwa faċilitajiet tant se tittripla l-kapaċità produttiva tagħha. L-operat kollu tal-Busy Bee mexa minn żona residenzjali fl-Imsida għal żona industrijali fl-Imrieħel.

Il-ftuħ ta’ din il-fabbrika ġdida flimkien ma’ ħanut ġdid sar mill-Ministru għall-Ekonomija u l-Investiment Chris Cardona flimkien mad-direttur tal-Kumpanija s-Sur Brian Friggieri. Aqra aktar

Sistema ġdida biex tindirizza persuni li m’għandhomx protezzjoni internazzjonali

Il-Ministeru għall-Intern u s-Segretarjat Parlamentari Responsabbli mir-Riformi niedew politika ġdida li se tieħu post dik magħrufa bħala THPN, li daħlet fis-seħħ fl-2010.

Issa, perusni li għandhom il-benefiċċu ta’ protezzjoni bit-THPN mhux se jkunu obbligati jieħdu ċertifikat mill-Uffiċċu għall-Kummissarju tar-Refuġjati kull sena. Minglok, il-Politika l-ġdida li se ġġib l-isem ta’ SRA se tkun imħarsa minn Identity Malta, u persuni li bħalissa qed jibbenefikaw mit-THPN se jkunu jistgħu japplikaw għal permess ta’ residenza abbażi ta’ sentejn.Aqra aktar

Andrea Boccelli b’kanzunetta ġdida ma’ ibnu

Il-kantant popolari Taljan Andrea Boccelli se joħroġ album ġdid wara 14-il sena ma joħroġ kanzunetta ġdida. L-album,  ‘Sì’, huwa ċelebrazzjoni tal-imħabba, tal-familja, tal-fidi, u tat-tama.

L-ewwel kanzunetta mill-album ħarġet fl-aħħar sigħat u hija kollaborazzjoni ta’ Boccelli ma’ ibnu, Matteo, bl-isem Fall On Me.

 

 

Titnieda white paper dwar Awtorità ġdida dwar il-bini

Il-Gvern nieda white paper għall-konsultazzjoni pubblika li se twassal biex tinħoloq Awtorità ġdida dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni. Waqt business breakfast it-Tlieta filgħodu, il-kordinatur tal-proġett Carlo Mifsud qal li l-awtorità se jkollha l-qafas regolatorju biex tgħolli l-istandards.

Qal li l-white paper qed tipproponi li erba’ entitajiet preżenti jingħaqdu taħt awtorità waħda.Aqra aktar

Id-dwana b’sistema ġdida ta’ importazzjoni

Minn din il-ġimgħa d-Dwana Maltija bdiet tħaddem sistema ġdida għar-rilaxx tal-merkanzija.
Sistema moderna li fost oħrajn għandha l-għan li fejn tidħol l-importazzjoni kollox ikun ibbażat fuq it-teknoloġija fejn jinqata’ kważi għal kollox l-użu tal-karti.
Sal-lum id-Dipartiment kellu sistema qadima li minbarra li ma kinetx konformi mal-ħtiġijiet tad-dinja moderna kienet piż minħabba l-ispejjeż u l-kumplikazzjonijiet biex tinżamm taħdem tajjeb.
Marko Catania uffiċjal tat-teknoloġija tal-informatika fid-Dwana spjegalna l-faċilita li biha tista tintuża din is-sistema l-ġdida.

Aqra aktar

Koabitazzjoni: tidħol fis-seħħ liġi li ilha mwiegħda 20 sena

Il-Parlament approva liġi li tirregola forom differenti ta’ koabitazzjoni bil-għan li joffri protezzjoni u jagħti aktar drittijiet lill-koppji li jgħixu flimkien.

Il-liġi approvata taħseb f’dawk il-koppji li ma jixtiqux ikunu regolati mill-istituzzjonijiet taż-żwieġ jew unjoni ċivili, iżda xorta jixtiequ li l-għażla tagħhom li jgħixu flimkien tkun rispettata.

F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru Helena Dalli kien spjegat li l-liġi tagħraf li kull koppja għandha l-preferenza tagħha ta’ kif tirregola r-relazzjoni.

Aqra aktar

Sistema ta’ dawl ġdida fit-triq tal-Baħrija

Fil-ġimgħat li għaddew, tlesta l-proġett ta’ dwal ġodda fit-triq tal-Baħrija, sabiex l-aċċess għal din il-lokalità u għar-residenti li jgħixu fiha jkompli jitjieb.

Is-sena li għaddiet sar xogħol infrastrutturali fittriq li twassal għall-Baħrija u nħoloq ukoll inkonvejent minħabba sejbiet storiċi li saru. Fil-fatt, il-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma u d-Dipartiment tasSovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ħadmu flimkien fuq il-proġett biex irresidenti tal-Baħrija ikollhom sistema tad-drenaġġ wara ħafna snin.

Aqra aktar

FILMAT: Awla ġdida fil-Qorti

Fil-qorti kienet ilha tinħass il-ħtieġa għall-bżonn li jiżdiedu n-numru t’Awli. Il-Gvern ra li jindirizza din l-isfida u nieda proġett infrastrutturali biex isiru tliet awli ġodda. Dan b’investiment ta’ €750,000 Il-wegħda bdiet titwettaq għaliex tlesta x-xogħol fuq awla minnhom. One News żar din l-awla li se sservi lil bosta ġudikanti.

Aqra aktar

Send this to a friend