ġdid – One News

Notifiki

L-aktar katamaran veloċi fil-Mediterran se jasal Malta x-xahar id-dieħel

Il-katamaran il-ġdid tal-Virtu Ferries se jasal Malta x-xahar d-dieħel wara li fl-24 ta’ Jannar, il-kumpanija li bnietu f’tarzna fl-Awstralja se tgħaddih lill-kumpanija Maltija. Dan imbagħad se jibda vjaġġ li mistenni jieħu madwar 20 jum sal-Port il-Kbir. Dan se jkun l-aktar wieħed veloċi li se jkun qed jopera fil-Mediterran u t-tieni l-akbar fid-dinja, hekk kif se jkun jista’ jġorr mad-900 passiġġiet u 167 karozza. Dan se jkun mgħammar b’erba’ magni u jkun kapaċi jbaħħar 70 kilometru s-siegħa.

Il-katamaran il-ġdid huwa twil madwar 18,000 kilometru u se jissemma għall-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni. Huwa se jibda’ jopera bejn Malta u Sqallija minn Marzu li ġej.

Jibda’ l-bini ta’ parkeġġ ġdid ta’ 1,300 karozza fl-Ajruport

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta beda x-xogħlijiet sabiex jinbena kumpless ta’ parkeġġ ġdid ta’ 1,300 karozza. Dan il-proġett multimiljunarju, li mistenni jitlesta sa sentejn oħra, se jkun qed jieħu post il-parkeġġ tal-impjegati tal-ajruport.

Dan il-parkeġġ se jkun qed jinbena fuq numru ta’ sulari għalekk il-karozzi ta’ dawk li jużawh se jkunu protetti mill-elementi. Bħala parti mill-proġett se tinbena wkoll mina taħt l-art li se tgħaqqad dan il-parkeġġ mat-terminal prinċipali tal-ajruport.Aqra aktar

Mogħża mitlufa fit-toroq ta’ Raħal Ġdid

Qarrejja ta’ one.com.mt bagħtulna dan ir-ritratt ta’ mogħża li ħasdet lil dawk li kienu fit-toroq ta’ Raħal Ġdid. Fost oħrajn lill-passiġġieri li kienu fuq karozza tal-linja partikolari hekk kif din il-mogħża telgħet flimkien ma’ passiġġieri oħra fuqha biex issib kenn mit-toroq u l-karozzi fi triq prinċipali ta’ Raħal Ġdid.

Aqra aktar

Miljunarju ġdid – Sab il-biljett sena wara li rebaħ

Jekk irbaħt xi lotterija u l-biljett rebbieħ ma tistax issibu, din l-istorja se ttik ftit tama u kuraġġ. Hekk kif Awstraljan anzjan sar miljunarju wara li sab il-biljett rebbieħ tiegħu sena wara li n-numri tiegħu kienu dawk rebbieħa. Huwa sab il-biljett tiegħu waqt li kien qed inaddaf il-karozza tiegħu.

Aqra aktar

Il-Kunsill tal-UE għandu bini ġdid

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’pajjiżna se żżanżan bini ġdid tal-Parlament Ewropew fi Brussell, mibni bl-għan li jkun simbolu ta’ ‘ferħ’ fi żmien diffiċli għall-proġett Ewropew.
Il-Kwartieri li sar b’ investiment ta’ 321 miljun ewro, se jkun wieħed futuristiku kemm fid-disinn kif ukoll kif se jkun mgħammar.

Aqra aktar

Send this to a friend