gazzetta | One News

Notifiki

Ikkonfermat free vote taparsi

Fil-Parlament illejla kien ikkonfermat kif il-vot ħieles li Adrian Delia qal li se jagħti, kien vot ħieles taparsi, tant li d-deputati nazzjonalisti kollha vvotaw kontra l-ememndi fil-liġi tal-IVF.

Aqra aktar

Il-Mument ħatja ta’ malafama fuq Franco Mercieca

Il-gazzetta, Il-Mument, nstabet ħatja ta’ malafama fil-konfront ta’ Franco Mercieca, dan wara li l-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenza ta’ libell.

Dan il-każ imur lura għall-15 ta’ Diċembru 2013, meta l-gazzetta fi żmien meta Mercieca kien jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva ppubblikat artiklu bit-titlu Franco Mercieca jisfida u jibqa’ għaddej bil-prattika privata.

Aqra aktar

“Għamilt in-nervi u kont irrabjat. Tajtha numru ta’ daqqiet fl-istonku” – Libjan imfittex mill-Pulizija Maltija

Libjan ta’ 33 sena li allegatament prova jagħmel ‘operazzjoni’ ta’ abort fuq is-sieħba tiegħu, wara li segwa filmati  fuq youtube wieġeb għall-mistoqsijiet ta’ gazzetta Libjana. Huwa qal mal-gazzetta The Observatory li huwa ta daqqa’ ta’ ponn lil mara li kienet qed tistenna tarbija fl-istonku tagħha waqt argument, iżda ċaħad li prova jwettaq abort.

Aqra aktar

Qara l-mewt ta’ ħuh fil-gazzetti u ma ndunax

Illum nitkellmu ħafna dwar il-periklu li nieħdu aħbar ħażina mill-midja soċali fejn ġrajja tinfirex f’tebqa’ t’għajn. Iżda, 17-il sena ilu l-Professur Frans Ciappara qara dwar il-mewt ta’ ħuh fuq il-gazzetta għalkemm ma ntebaħx li l-vittma ta’ diżgrazzja kien proprju ħuh.

Carmel Ciappara li kellu 49 sena kien wieħed minn fost it-tliet vittmi involuti f’inċident li seħħ fiċ-Ċirkewwa. Tkellimt ma’ Frans Ciappara fl-aħħar jiem proprju fis-17-il anniversarju minn waħda mill-agħar diżgrazzji fuq il-post tax-xogħol.

“Sfortunatament dakinhar ma kontx hawn, kont imsiefer u rċivejt telefonata biex ninżel lura Malta malajr. Fuq l-ajruplan dakinhar kien hemm gazzetta li ġabet l-aħbar, bl-isem tan-nies li mietu b’kollox. Jien qed nara l-gazzetta u m’iniex ninduna li wieħed minnhom kien ħija. Meta wasalt l-ajruport imbagħad qaluli bl-aħbar kerha,” irrakkonta Ciappara.

Aqra aktar

Ħarsa lejn it-Times ta’ għaxar snin ilu…

Bħal llum għaxar snin ilu, stħarriġ ippublikat mill-Kummissjoni Ewropea kien wera li l-prezz tal-enerġija huwa l-ikbar kawża ta’ tħassib fost il-Maltin.

Dak iż-żmien, il-Maltin kienu “estremament inkwetati”, bis-surcharge tal-Gvern fuq l-elettriku jlaħħaq l-64%.

Illum l-istorja inbidlet. Il-prezzijiet tal-enerġija ma jissemmewx bħala fattur inkwetanti fost il-Maltin u l-Għawdxin, fl-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru ppublikat is-sajf li għadda.

Illum-il ġurnata ġara dak li ħaddieħor kien isejjaħlu Alice in Wonderland – il-prezzijiet tal-enerġija huma irħas mill-medja Ewropea u garantiti li jibqgħu stabbli. Dan fl-istess waqt li tinqata’ d-dipendenza fuq l-aktar żejt li jniġġeż.

Aqra aktar

Żewġ spetturi qrib tal-PN f’nofs l-investigazzjoni fuq is-sid tal-ħanut fis-Swieqi

Żewġ spetturi ta’ JobsPlus qrib ħafna tal-Partit Nazzjonalista jinsabu f’nofs l-investigazzjoni, li ssemmiet mill-Ministru Chris Cardona fil-Parlament ilbieraħtlula, dwar allegata vendikazzjoni li twettqet ma’ sid ta’ ħanut fis-Swieqi wara li dan laqa’ lil Simon Busuttil bil-kumment li llum żgur ma tistax tilmenta dwar in-negozju fil-pajjiż.

L-Orizzont tirrapporta li waqt li ġimgħa ilu l-Kap tal-PN kien qed idur il-ħwienet jippreżentalhom il-proposta li tissuġġerixxi tnaqqis fit-taxxa fuq il-qligħ għan-negozji żgħar, in-negozjant qallu bla tlaqliq li hu m’għandux għax igerger u ssuġġerilu li ma jibqax ikun negattiv f’dan ir-rigward. L-ORIZZONT informat li l-għada stess Pierre Farrugia, Kunsillier tal-PN fiż-Żurrieq, u raġel ieħor, it-tnejn spetturi ma’ JobsPlus, marru f’dan il-ħanut partikolari meta lanqas kellhom ikunu fil-lokal.

Aqra aktar

Send this to a friend