Gays – One News

Notifiki

Persuni gay se jkunu jistgħu jagħtu d-demm fi żmien sitt xhur

Fi żmien sitt xhur, persuni gay se jkunu jistgħu jagħtu d-demm.

Ħabbar dan id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa Chris Fearne meta żar ix-xogħol ta’ rinovar li sar fuq il-mobile blood donation unit, li dagħodu kien barra l-Parlament.

Il-Ministru Fearne qal li l-Gvern żamm mal-wegħda elettorali tiegħu, sabiex persuni gay ma jiqbgħux ikunu diskriminati u jkollhom ċans li jagħtu d-demm, ladarba jilħqu kriterji meħtieġa.

Għal dan il-għan se jdaħħal apparat tal-aħħar teknoloġija – “NAT Testing”. Dan l-apparat se jkun qiegħed janalizza d-demm ta’ kulħadd qabel jingħata lill-pazjenti, inkluż dawk tal-persuni gay.Aqra aktar

Il-gays huma l-magna wara l-qerda tal-ħajja umana – Paul Vincenti

Paul Vincenti, li jmexxi l-Gift of Life, iddikjara f’kumment fuq sit elettroniku li l-gays se jibqgħu mfakkra bħala l-magna wara l-qerda tal-ħajja umana.

F’din id-dikjarazzjoni estrema Paul Vincenti ddeskriva l-emendi fil-liġi tal-IVF bħala estremi u tenna li qed isiru minħabba l-persuni gay.

“Se jiftħu t-tsunami għal kultura tal-mewt”

kiteb Vicenti li tenna li dan hu l-wirt li se jħallu warahom il-gays.

Naturalment dan ġab kummenti ta’ kundanna, filwaqt li kien hemm min għażel li jieħu l-Vicenti ta li hu, bl-awtur u direttur tal-palk Adrian Buckle jgħidlu: “Qatt ħsibt li ġġib kelb?”

185 unjoni ċivili fi tliet snin

  • MISTENNIJA BIDLIET MILL-KOPPJI GĦAŻ-ŻWIEĠ

Fl-aħħar tliet snin kien hemm 185 koppja li daħlu f’unjoni ċivili. Il-maġġoranza ta’ dawn il-koppji huma persuni gay li din il-liġi tal-2014 kienet tathom l-opportunità li jingħaqdu f’unjoni ċivili bid-drittijiet taż-żwieġ.

Aqra aktar

Mistennija ċelebrazzjoni storika kbira oħra

Il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta’ Abbozzi ta’ Liġi għadda l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ u Liġijiet.

Dan fit-tielet seduta maħsuba għal dan il-għan. Seduta twila kważi tliet siegħat u ntemmet ftit qabel il-ħdax tat-Tnejn filgħaxija. Il-kumitat permanenti presedut mid-Deputat Laburista Stefan Zrinzo Azzopardi iddiskuta fid-dettall il-klawżoli  tall-abbozz li tressaq mill-Ministru għall-Ugwaljanza Helena Dalli.

Aqra aktar

Dikjarazzjonijiet favur il-liġi taż-żwieġ indaqs

Il-liġi li qed tkun diskussa fil-parlament hi pass importanti lejn l-ugwaljanza u għalhekk kull membru parlamentari għandu jivvota favuriha.

Qalet dan l-organizazzjoni Aditus, li  taħdem favur id-drittijiet tal-bniedem.

Aditus li hija organizazzjoni indipendenti qalet li tinsab ferħana u sodisfatta ħafna li sa fl-aħħar pajjiżna se jkun qed jaddota leġislazzjoni ta’ żwieġ ugwali.

Aqra aktar

Vot ħieles demokrazija vera – Edwin Vassallo

Id-Deputat Nazzjonalista, Edwin Vassallo, ta indikazzjoni ċara li hu fost dawk li dwar il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ irid vot ħieles. Ftit sigħat wara li fil-Parlament tkellem dwar kif deputat parlamentari għandu jitħalla jkun onest, xerred artiklu fuq Facebook fejn kien hemm l-aħbar li l-Ġermanja approvat iż- żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Aqra aktar

Konjuġi minflok mara u raġel

  • 200 KOPPJA SE JKUNU JISTGĦU JIBDLU L-UNJONI ĊIVILI FI ŻWIEĠ
  • LIĠI LI SE TINBIDEL MHUX BISS GĦALL-KOPPJI TAL-ISTESS SESS
  • IR-RIT RELIĠJUŻ MHUX MITTIEFES

Għada  l-Gvern Laburista se jibda l-leġiżlatura b’diskussjoni dwar żwieġ indaqs li għandha twassal biex sa qabel il-waqfa tas-sajf, il-Parlament ikun addotta l-bidliet neċessarji fil-liġi sabiex koppji tal-istess sess ikunu jistgħu jiżżewġu hawn Malta.

Din kienet wegħda ewlenija tal-Prim Ministru Joseph Muscat waqt il-kampanja elettorali li għadha kemm intemmet. Ma’ dan, il-Prim Ministru kien żied li l-Gvern Laburista se jkompli jaħdem bla heda sabiex is-soċjetà Maltija tkompli tiżviluppa bħala soċjetà miftuħa u fejn fiha kull persuna tkun trattata indaqs mingħajr distinzjoni abbażi ta’ xi karatteristika jew oħra.

L-Abbozz intitolat Att tal-2017 li jememda l-Att dwar iż-Żwieġ u Liġijiet oħrajn jagħmel proprju dan billi jkompli jibni fuq il-kisbiet li diġà għamel il-Gvern Laburista permezz ta’ liġijiet bħal dik tal-unjoni ċivili, il-liġi dwar l-identità tal-ġeneru u dik kontra l-prattiċi ta’ konverżjoni.

Aqra aktar

Gvern Liberali iżjed minn qatt qabel

Jekk jerġa’ jkun elett Gvern immexxi minn Joseph Muscat ikun liberali iktar minn qatt qabel.

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Prim Ministru Joseph Muscat meta t-Tlieta filgħaxija ndirizza attivita’ tal-Partit Laburista li għaliha kienet mistiedna l-komunita LGBTIQ.

Il-Prim Ministru qal li waħda milli miri ta’ gvern elett mill-ġdid huwa li jkabbar id-distakk fuq it-tieni post f’dak li għandu x’ jaqsam mal-klassifika tad-drittijiet ċivili.

Dan hu impenn li ntlaqa’ b’sodisfazzjon minn dawk preżenti għaliex jafu li l-Prim Ministru jżomm kelmtu.

Aqra aktar

Twissija li ma tgħoddx għal Malta!

Il-ġurnal Politico llum jirrapporta dwar ix-xenarju ppreżentat mill-grupp ILGA-Europe, li jħares id-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ.

L-aħbar hija ta’ tħassib għas-settur imma pożittiva ferm għal Malta. Għax filwaqt li hemm pajjiżi fejn persuni LGBTIQ li saħansitra qed jibżgħu għal ħajjithom minħabba s-sesswalità tagħhom, hemm pajjiżi oħra fejn l-ugwaljanza hija massima.

Aqra aktar

Send this to a friend