gaming | One News

Notifiki

“L-ambizzjoni ta’ Malta fis-settur tal-gaming hija ferm akbar mid-daqs tagħha”- Silvio Schembri

L-ambizzjoni ta’ Malta hija ferm akbar mid-daqs tagħha, u hija ġurisdizzjoni unika grazzi għall-mod kif tħares ‘il quddiem, u l-mod kif rat potenzjal f’setturi bħal dak tal-gaming.

Dan kien kliem is-Segretarju Parlamentari responsabbli minn dan is-settur, Silvio Schembri, meta kien qed jindirizza l-ħames edizzjoni tal-konferenza SiGMA aktar kmieni l-Erbgħa.

Schembri spjega kif l-interess minn dawk li jattendu dawn it-tip ta’ konferenzi dejjem qed jiżdied, u din il-konferenza bla dubju hija pjattaforma imprezzabbli biex Malta turi kemm verament hija ċentru ta’ eċċellena għall-gaming.Aqra aktar

“Malta hija ċentru ta’ eċċellenza fil-gaming u fl-ekonomija diġitali”- il-PM

12,500 delegat minn madwar l-erbat irjieħ tad-dinja jinsabu f’Malta għal summit internazzjonali tal-igaming magħruf aħjar bħala SIGMA u li qed jitlaqa’ fiċ-Ċentru tal-Konferenzi f’Ta Qali.

Dawn l-esperti tal-gaming u tal-ekonomija diġitali qed jiltaqgħu f’pajjiżna għall-ħames sena u matul din il-fiera qegħdin jieħdu sehem aktar minn 400 esebitur, u aktar minn 200 kelliem.Aqra aktar

ARA: 30 student jgħażlu li jistudjaw fis-settur tal-Gaming

Meta aktar kmieni dan is-sajf ħarġet l-ewwel sejħa għal dawk interessati li jsegwu kors fil-European Gaming Institue of Malta, istitut imwaqqaf b’kollaborazzjoni bejn l-Awtorità Maltija għalLogħob u l-MCAST, kienu 30 student li nkitbu sabiex jibdew jitħarrġu f ’dan il-qasam.

Aqra aktar

Minflok telqu, ġew! …€1.1 biljun fl-ekonomija mill-qasam tal-gaming

  • IL-QASAM TAL-GAMING ILLUM JIKKONTRIBWIXXI 11.3% TAL-EKONOMIJA TAGĦNA MINN 7.4% KIF KIEN FL-2012
  • DAN IFISSER €1.1 BILJUN FL-EKONOMIJA

Il-figuri juru kif sena wara sena, l-industrija lokali tal-logħob dejjem tibqa’ tirreġistra tkabbir fuq is-sena preċedenti. Dan kien rifless fir-Rapport Annwali tas-sena 2017, maħruġ riċentement mill-Awtorità Maltija tal-Logħob (MGA). Tkabbir irreġistrat minkejja t-twissijiet tal-Oppożizzjoni li l-politika tal-Gvern kienet qed tnaffar l-investiment u li l-kumpaniji tal-gaming kienu se jitilqu minn pajjiżna.
Aqra aktar

Illejla titressaq mozzjoni fil-Parlament dwar l-att il-gdid dwar il-gaming

Illejla fil-Parlament is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri se jressaq mozzjoni biex jibda l-ewwel qari dwar l-att il-ġdid dwar il-gaming. Dan ħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet li kienet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri u c-Chairman tal-Awtorità Maltija għal-Logħob Joseph Cuschieri.

Silvio Schembri spjega li l-liġi ġdida hija riżultat ta’ konsultazzjoni pubblika li saret is-sena li għaddiet. Qal li l-liġi l-ġdida qed tpoġġi l-qasam tal-gaming taħt att wieħed u hija mibnija fuq tlett prinċipji fundamentali , Effiċjenza, Relevanza u Sostenibilità. Spjega kif bl-Att il-ġdid l-Awtorità se ssibha iktar faċli biex taddatta għal bidliet li jġib miegħu id-dinamiżmu ta’ din l-industrija bħall-impatt li qed tħalli t-teknoloġija.

Aqra aktar

L-ewwel fid-dinja: opportunità jew riskju?

Il-Prim Ministru ilu jitkellem dwar kif fid-dinja kompetittiva tal-lum ir-riskju hu dejjem ikbar meta ma tagħmel xejn. Dan wassal biex fl-aħħar jiem is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri ħabbar qafas ta’ regoli ġodda għal dik li qed tissejjaħ Distributed Ledger Technology. Iżda, x’inhi din it-teknoloġija u kemm għandha bżonna. F’intervista mal-gazzetta KullĦadd, Schembri jispjega li din hi teknoloġija li potenzjalment tista’ tħalli impatt fuq il-ħajja tagħna u l-mod kif isir in-negozju daqs l-internet. Għalhekk il-ħtieġa ta’ trasparenza u effiċjenza u għalhekk ukoll il-ħtieġa li Malta ma taqtax lura iżda tkun protagonista. Saħansitra hemm min jemmen li din hi viżjoni li tista’ toħloq niċċa ekonomika li tkun kbira daqs il-gaming. Aqra aktar

Send this to a friend