game show – One News

Notifiki

“Game Show” Ungeriz jiffilmja avventuri estremi f’pajjizna

Spazji magħluqa, tixbit mal-irdum tal-Imtaħleb u nżul f’karozza fit-tank tal-faċilitajiet tal-films fir-Rinella huma wħud mill-avventuri estremi li qed jgħaddu minnhom sebgħa koppji Ungeriżi waqt il-ġbid ta’ produzzjoni Ungeriża f’pajjiżna.

Il-Produzzjoni The Bravest Couple mistennija tħalli f’pajjiżna maż-żewġ miljun ewro fl-20 jum li mistennija tieħu biex tinġibed f’Malta.

Il-produzzjoni se tixxandar fuq TV2, l-akbar stazzjon televiżiv Ungeriż u qed tinġibed f’għadd ta’ postijiet f’Malta fosthom iċ-Ċirkewwa, il-Birgu, il-Mellieħa u l-Palazz ta’ Selmun li fih qed jgħixu l-parteċipanti kuraġġjużi ta’ din is-sensiela u li waħda fosthom se tingħata t-titlu tal-aktar koppja qalbiena.Aqra aktar

Send this to a friend