Gaffarena – One News

Il-Qorti tiddeċiedi favur il-kawża tal-PM fil-każ Gaffarena

Il-Qorti laqgħet il-kawża li fetaħ il-Prim Ministru kontra Mark Gaffarena u martu Joseille biex il-Qorti tħassar it-trasferimenti kollha li saru b’rabta mal-każ ta’ żewġ kuntratti ta’ tpartit ta’ artijiet u assi li kienu proprjetà tal-Gvern u biex il-Qorti tordna li jintradd kollox lura.

Aqra aktar

Taħt ġurament, Gaffarena jgħid li ltaqa’ ma’ Simon qabel l-aħħar elezzjoni

Taħt ġurament fil-Qorti Marco Gaffarena xehed li qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali mar jiltaqa’ mal-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil.   

Iżda dan tal-aħħar ma tantx ħa gost li missieru ma kellux dokumenti marbuta mal-każ tad-Daewoo. Każ kontroversjali għall-eks Ministru John Dalli.

Din il-laqgħa kien ħadimha l-eks Ministru Joe Cassar u Marco Gaffarena qal li kien l-eks Ministru li talbhom imorru laqgħa ma’ dak li kien Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Dan bil-premessa li se jiddiskutu l-permess tal-pompa tal-petrol f’Ħal Qormi u fi kliem ix-xhud Busuttil qal li jekk iridu l-permess jafu x’għandhom jgħamlu. Dan meta fi kliem ix-xhud ma kellhomx id-dokumenti mitluba.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru jixhed fil-kawża li fetaħ kontra Gaffarena

Il-Prim Ministru xehed fil-kawża li fetaħ hu stess kontra Marco Gaffarena u martu. Kawża li permezz tagħha il-Qorti qed tintalab biex tħassar it-trasferiment kollha tat-tpartit tal-artijiet u tal-assi li kienu propjetà tal-Gvern fil-każ ta’ Triq Zekka.

Waqt il-kontro eżami, l-Prim Ministru spjega r-raġunijiet għalfejn fetaħ il-kawża. Qal li bħala Membru Parlamentari, wara rapport tal-Awditur Ġenerali dwar id-differenza qawwija fuq stimi tal-art, innota l-mod irregolari li bih tqassmu l-ħlasijiet u l-ammont li bih inxtrat il-propjetà.

‘Ftaħt il-kawża fil-kapaċità ta’ Membru Parlamentari wara li rajt li l-affarijiet ma mxewx bl-aħjar mod skont kif irrimarkat mill-Awditur Ġenerali’ qal il-Prim Ministru.

Il-Prim Ministru kien l-aħħar persuna li xehed f’dan il-każ.

Gaffarena jikkonferma rapporti

Joe Gaffarena qal li l-eks Ministru, Joe Cassar kien talbu jieħu karti relatati mal-każ ta’ Daewoo u b’rabta mal-eks Ministru Nazzjonalista u Kummissarju Ewropew, John Dalli għal-laqgħa mal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Huwa stqarr dan fil-Qorti waqt li kien qed jixhed f’kawża ta’ libell li l-Kap tal-Oppożizzjoni għamel fil-konfront tal-editur tal-Orizzont, Josef Caruana.

Il-kawża ta’ libell tikkonċerna artiklu li deher fit-Torċa fit-tnejn ta’ Awissu 2015 li fih intqal  li Simon Busuttil iltaqa’ ma’ Joe Gaffarena qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.

Dak iż-żmien li kienet ippubblikata l-istorja, l-kap tal-Oppożizzjoni kien insista li din kienet gidba mill-bidu sal-aħħar.

Aqra aktar

L-Awditur ma jindikax “kollużjoni” minn Falzon

Quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi l-Awditur Ġenerali stqarr li l-kelma “kollużjoni” fir-rapport dwar il-każ ta’ Strada Zekka kienet qed tintuża “għal xi tip ta’ ftehim bejn Gaffarena u d-Dipartiment tal-Artijiet”, mhux għall-eks-Segretarju Parlamentari Michael Falzon.

B’mod repetut l-Awditur Ġenerali evita milli jipponta subgħajh lejn Michael Falzon minkejja li ġie rrimarkat mill-membri tal-Oppożizzjoni li fir-rapport tiegħu l-Awditur qal li kien hemm kollużjoni bejn id-Direttur Estate Management (DEM), id-Direttur Ġenerali u s-Segretarju Parlamentari. L-Awditur dar mal-lewża iżda qatt ma qal li l-akkuża ta’ kollużjoni kienet diretta għal Dr Falzon.

Aqra aktar

L-Awditur Ġenerali jikkonferma: ebda involviment tal-PM fil-każ Gaffarena

L-Awditur Generali Charles Deguara qal li l-Prim Ministru ma kellux assolutament x’jaqsam fil-każ Gaffarena dwar l-esproprjazzjoni fi Triq Zekka.

Waqt il-Kumitat ghall-Kontijiet Pubbliċi, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici staqsa lill-Awditur Ġenerali Charles Deguara jekk il-Prim Ministru qatx issemma’ fil-każ Gaffarena. L-Awditur Ġenerali qal li mill-evidenza li ġabru, il-Prim Ministru qatt ma ssemma u ma kienx involut b’ebda mod.

Aqra aktar