futur | One News

Notifiki

Għinuna nxandru l-futur!

Bil-għan li ONE jasal fil-proġett li jkollu OB ġdid fix-xhur li ġejjin, tul din il-ġimgħa qed tintalab l-għajnuna tal-pubbliku f’diversi programmi tal-istazzjon.

Aqra aktar

Ewropa federali titfi l-vuċi ta’ membri żgħar- Alfred Sant

Id-dilemma ta’ stati membri żgħar fil-periferija tal-UE bħal Malta, Ċipru, l-Irlanda u d-Danimarka hija li waqt li hu fl-interess tagħhom li l-UE tissaħħaħ fil-qasam tas-sigurta’ u  fl-evażjoni tat-taxxa, dawn l-istati iridu jkomplu jħarsu s-sovranita’ tagħhom biex jiżguraw kontroll fuq it-tmexxija nazzjonali tal-oqsma ewlenin f’pajjiżhom.  

“Huwa fl-interess tal-istati membri kollha li l-UE tissaħħaħ, iżda jekk ikun hemm Ewropa federali il-vuċi ta’ dawn il-pajjiżi tkompli tintilef.”  

Dan qalu  Alfred Sant Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropea f’laqgħa pubblika fil-Qawra bit-tema ‘Il-Futur tal-Ewropa’ li matulha wieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalista Manuel Micallef.

Dr Sant qal li t-theddida riċenti tat-terroriżmu fl-Ewropa wriet li jridu jissaħħu l-istrutturi fiż-żona Xengen.

Aqra aktar

Ħames xenarji differenti għall-futur Ewropew

 

Huma ħamsa ix-xenarji li jagħtu idea ta’ kif il-futur tal-Unjoni Ewropea jista’ jiżviluppa sal-2025 u dan jiddependi mid-deċiżjonijiet li jittieħdu. Dan skont il-White Paper li ressaq il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean Claude Juncker, fid-diskors magħruf bħala State of the Union.

Aqra aktar

Send this to a friend