futbol | One News - Part 6

Notifiki

Il-ħolma ta’ tfajjel Malti li jsir player professjonali

Ħolma ta’ karriera professjonali fil-futbol rat lil Miguel Micallef iħalli Malta għal Spajna fl-età ta’ għaxar snin. Kienet deċiżjoni mhux faċli għal familja Micallef, iżda b’ħafna jinnotaw it-talent tat-tifel l-għażla kienet ċara. Jew dik tas- sagrifiċċju u t-tifel jingħata ċans uniku, inkella r-rimors ta’ snin oħra li Miguel seta ttanta xortih u m’għamilx dan.

Aqra aktar

Mara u kowċ tal-futbol

Prattikat il-futbol fuq livell professjonali, lagħbet mat-tim nazzjonali Malti kif ukoll ma’ timijiet fi Franza u l-Istati Uniti.

Maria Coppola ta’ 41 sena se tkun qed tagħmel pass ieħor fil-karriera tagħha billi tikkowcja żgħażagħ ta’ bejn sbatax u dsatax-il sena, li jiffurmaw it-tim tal-minors tas-Siġġiewi.

Xi ħaġa li fi kliem Maria stess ma tistax issejħilha esperjenza faċli.

Aqra aktar

George Abela dwar l-iskandlu Higgins

Fl-aħbarijiet fl-Ingilterra, speċjalment dawk sportivi, qed jissemma kontinwament Bob Higgins.

Ingliż li għal pajjiżna mhux isem ġdid, hekk kif kien impjegat mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol bħala Youth Development Officer fil-bidu ta’ snin disgħin. Higgins kien impjegat mal-MFA meta President kien hemm George Abela.
Aqra aktar

Il-qlubija ta’ plejers Maltin, taħt xita qliel

Kull deni ħudu b’ġid jgħid il-Malti. Hekk juri dan ir-ritratt uniku li ġibed il-fotografu Domenic Aquilina waqt il-logħoba futbol tal-bieraħ ta’ Malta kontra l-Islanda.

Il-fotografu ifaħħar il-ġest nobbli li ra b’għajnejh fil-grawnd tal-futbol.

Aqra aktar

Send this to a friend