futbol | One News - Part 5

Notifiki

Lejn il-bini ta’ grawnd tal-futbol f’Wied il-Għajn

L-Awtorità tal-ippjanar tat il-permess sabiex f’Marsascala jibda l-bini tal-grawnd tal-futbol u tal-klabb.

Aħbar li l-komunità ta’ Marsascala kienet ilha tistenna s-snin.

Il-proġett se jsir f’sit li bħalissa qed jintuża bħala żona rikreattiva. Fost il-faċilitajiet il-proġett se jkollu ħanut tal-klabb, ristorant, kċina, klinika, kmamar fejn ibiddlu, ġibjun, maħżen u faċilitajiet sanitarji. Dan kollu se jsir fuq medda art ta’ 6,000 metru kwadru.

Aqra aktar

Fernando Torres joħroġ mill-isptar

L-attakant ta’ Atletico Madrid, Fernando Torres, ħareġ mill-isptar wara li sarulu numru ta’ testijiet hekk kif il-ħamis huwa sofra minn korriment trawmatiku f’moħħu. Atletico spjegaw li l-plejer ma sofriex minn ġrieħi gravi u li se jkun lura fil-grawnd fi ftit żmien hekk huwa ġie preskritt biss 48 siegħa ta’ mistrieħ.

Torres, sofra minn din id-daqqa wara azzjoni fil-partita kontra Deportivo la Coruna, fejn il-plejer tat-tim Deportivo la Coruna għamel qabża biex jilħaq il-ballun, f’dan il-mument huwa weġġa’ lil Torres f’rashu. Fil-grawnd kien hemm komossjoni kbira fil-mument li huwa waqa’ fl-art.

Fuq twitter, huwa rringrazzja lil kulħadd tas-sapport tagħhom u spjega li fortunatament huwa mistenni jirritorna fil-grawnd fi ftit żmien u li m’għandux affarijiet serji. Il-partita spiċċat fi skor ta’ 1-1.

Aqra aktar

Ikompli l-każ dwar l-allegat tixħim waqt logħba bejn il-Mosta u Pembroke

Fil-Qorti kompliet tinstema’ x-xhieda kontra il-manager tal-klabb tal-futbol ta’ Pembroke Uchenna Anyanwu,  ta’ nazzjonalità Niġerjana, akkużat  b’tixħim fil-logħba li ntlagħbet fil-11 ta’ Frar bejn Pembroke u l-Mosta.

Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Elton Taliana spjegat  kif lejlet il-logħba il-Pulizija rċeviet informazzjoni anonima dwar allegat tixħim.

Ftit wara il-Pulizija tkellmet mal-plejers tal-Mosta fil-post fejn jitħarrġu u skopriet li ċertu Obinna Obiefule offrielhom flus, offerti li saru minn struzzjonijiet li rċieva.  Wara li l-logħba ntemmet b’ħamsa b’xejn għal Pembroke, il-Pulizija nvestigat żewġ plejers Mostin Victor Lucky u Chinatu Francis Onwindinjo suspettati li xxaħħmu.

Aqra aktar

Ftehim ġdid ma’ Xewkija Tigers immirat biex tisseddaq l-inklużjoni fl-isport

Dalgħodu waqt żjara fil-grawnd ta’ Xewkija Tigers FC, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana flimkien mad-diriġenti tal-klabb tal-ogħla diviżjoni f’Għawdex, u fil-preżenza tal-uffiċjali u atleti ta’ Special Olympics Gozo ħabbret ftehim ġdid mal-istess Xewkija Tigers.

“Dan il-ftehim huwa mmirat biex tisseddaq l-inklużjoni fi spirtu sportiv għal kulhadd. Xewkija Tigers iħaddnu l-inklużjoni fil-veru sens tal-kelma għax għandhom membru tagħhom li, minkejja d-diżabità tiegħu, huwa wkoll membru promettenti ta’ Special Olympics Gozo,” qaket Dr Justyne Caruana. Kien għalhekk li s-Segretarjat Parlamentari mbarka fuq dan il-proġett biex iktar entitajiet sportivi jkunu iżjed inklussivi u jilqgħu fi ħdanhom persuni b’diżabilita’ fuq livell parteċipattiv u professjonali.

Aqra aktar

Bqajt ma ffirmajthiex

Bqajt ma ffirmajtx il-petizzjoni li qiegħda iddur online b’rabta mar-regolamenti tal-Malta Football Association fejn jidħlu t-tfal li jmorru  jitħarrġu f’nursery tal-futbol.

Mhux għax fil-prinċipju ma naqbilx li t-tfal għandhom ikunu kemm jista’ jkun ħielsa u ma jkollhom ebda rabta dwar meta u ma min iridu jilagħbu l-futbol. Fil-prinċipju, dik l-isbaħ ħaġa.

Aqra aktar

F’Aleppo tirritorna l-logħba tal-ballun

F’Aleppo rritorna l-logħob tal-ballun dan hekk kif għall-ewwel darba f’ħames snin intlagħbet logħba mill-kampjonat lokali.

Il-belt li kienet fil-qalba ta’ ġlied imdemmi bejn il-forzi leali lejn il-Gvern Sirjan u r-ribelli ospitat logħba football ferm kumbattuta bejn Al-Ittihad u Hurriya.

Aqra aktar

Send this to a friend