futbol | One News - Part 4

Notifiki

Ghedin isejjaħ l-iskwadra proviżorja

Il-kowċ tan-nazzjonal, Pietro Ghedin għażel l-iskwadra proviżorja li se tkun qed jilgħab waqt żewġ logħbiet internazzjonali kontra l-Ukranja u l-Islovenja f’Ġunju li ġej. Malta se tkun qed tilgħab partita ta’ ħbiberija kontra l-Ukranja f’Graz fl-Awstrija fis-6 ta’ Ġunju u logħba kwalifikanti tal-FIFA World Cup 2018 kontra l-Islovenja f’Ljubljana erbat ijiem wara.

Ghedin inkluda lil Myles Beerman  fl-għażla inizjali tiegħu wara li ż-żagħżugħ impressjona bil-prestazzjoni tiegħu mat-tim Glasgow Rangers fid-Diviżjoni tal-Premier Skoċċiż.

Beerman għandu biss 18-il sena u din hi l-ewwel darba li ġie magħżul mal-iskwadra nazzjonali.

Aqra aktar

Diżappuntanti għall-iskiet tal-MFA

L-Għaqda Ġurnalisti Sports uriet id-diżaprovazzjoni tagħha għall-fatt li wara tliet ijiem mill-inċident li fih kien involut ġurnalist tal-isport, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Football baqgħet siekta dwar dan il-każ u ma ħarġitx stqarrija ta’ kundanna u solidarjeta’ ma’ dan il-ġurnalist li jirraporta regolarment il-kompetizzjonijiet tal-MFA.

Aqra aktar

Joseph Muscat f’mument storiku għal Sliema Wanderers

Mument storiku għall-klabb Sliema Wanderers. Dan hekk kif il-kumpless f’Tigne issa sar id-dar naturali tagħhom. Wara ‘l fuq minn 100 sena, dan il-klabb ingħata titlu uffiċjali. Il-kwistjoni ta’ titlu kienet importanti ħafna. Il-President ta’ Sliema Wanderers esprima wkoll sodisfazzjon għall-introduzzjoni tal-idea ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ faċilitajiet sportivi li stqarr li din se tagħti għajnuna kbira tant li stqarr li b’din il-liġi se jkun qed jiġi salvat il-futbol lokali.

Preżenti kien hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat li inawgura b’mod uffiċjali dan il-pass fejn qal li hu jinsab kburi li dan huwa parti minn pjan li permezz tiegħu qed inneħħu l-futbol minn dik li tissejjaħ essenzjalment ekonomija sewda għall-sitwazjoni regolarizzata fejn klabbs tal-futbol jikontribwixxu b’mod leġittimu u illeċtu għall-ekonomija. Muscat qal li bdejna billi naqqasna t-taxxa għall-plejers tal-futbol.

Aqra aktar

Plejers żgħar jilagħbu l-futbol biex jiġbru fondi għall-Inspire

In-Nursery tal-klabb tas-Sliema Wanderers u l-Fondazzjoni Inspire ikkollaboraw flimkien għat-tieni edizzjoni ta’ Come Together Football Tournament – tournament għal plejers żgħar, sabiex jippromwovu l-inklużjoni fis-soċjetà tagħna.

Nhar il-Ħadd 2 ta’ April 2017, aktar minn 100 plejer żagħżugħ ipparteċipaw fil-festival tal-futbol, li ġie organizzat fil-Kumpless tat-Training tal-Klabb tal-Futbol Sliema Wanderers, f’ Tigne Point, Sliema. Inġabru aktar minn €800, li ngataw bħala donazzjoni lill-Fondazzjoni Inspire.

Aqra aktar

FILMAT: Fuq l-album sa mill-ewwel passi fil-grawnd

Mhuwiex album b’xi sticker ta’ plejers internazzjonali bħal xi Juan Mata jew Paulo Dybala, imma album bil-plejers li jilagħbu mal-Klabb tal-futbol ta’ Luqa St. Andrews.

Album li permezz tiegħu l-Komunità ta’ Ħal Luqa u lil hinn minnha jkunu jafu min huma l-players li jilagħbu ma’ dan il-klabb, sa mill-iżgħar etajiet.

Hemm ‘il fuq minn mitejn u ħamsa u għoxrin sticker jew ritratti li ttieħdu waqt sessjonijiet ta’ taħriġ. Ritratti tal-iżgħar plejers sa dawk li jieħdu ħsieb affarijiet tekniċi.

Anthony Sciberras membru fil-Kumitat tal-istess Klabb u li ħa ħsieb ir-ritratti spjega li l-album jgħaqqad it-tliet ġenerazzjonijiet li jilagħbu mal-Klabb.

Aqra aktar

Uffiċjali Maltin appuntati fid-Danimarka

Illum l-uffiċjali internazzjonali Clayton Pisani bħala referee, u l-assistenti referees Alan Camilleri u Duncan Sultana, ser jikkontrollaw il-logħba ta’ ħbiberija ta’ taħt il-21 sena bejn id-Danimarka u l-Ingilterra, li ser tintlagħab fil-BioNutria Park Stadium ta’ Randers, fid-Danimarka.

Aqra aktar

Send this to a friend