futbol – One News

Notifiki

RITRATTI: Il-PM jinawgura l-grawnd tal-futbol f’Birżebbuġa

Minkejja l-Maltemp li ppersista matul il-jum, kienet ġurnata mill-isbaħ għall-lokalità ta’ Birżebbugia hekk kif ġie inawgurat grawnd tal-futbol attrezzat b’dak kollu meħtieġ għal dawk dilettanti tal-logħba tal-futbol.

Proġett minn Sport Malta li ġie inawgurat mill-Prim Ministru Joseph Muscat b’investiment ta’ ftit iktar minn żewġ miljun ewro u li jimmarka wegħda oħra mwettqa mill-Gvern.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Prim Ministru saħaq li dan il-Gvern huwa impenjat bis-serjetà li jinvesti fil-faċilitajiet sportivi tant li din is-sena biss nefaq €13-il miljun. Dan għal kuntrarju ta’ dak li kien isir fi żmien amministrazzjonijiet preċedenti, fejn kienu jintefqu madwar €5 miljun biss f’sena.Aqra aktar

Malta ċampjins tal-futbol

Ċampjins, iva. Malta ċampjins tal-futbol tat-timijiet li jispiċċaw dejjem l-aħħar u li l-livell dejjem nieżel ‘l isfel. It-tim Nazzjonali tal-futbol tagħna hekk spiċċa. Ngħidha kontra qalbi, għax jien inħobb lill-pajjiżi, inħobb il-futbol u nħobb lit-tim Nazzjonali li jirrapreżenta pajjiż sħiħ.

Imma dak li huwa iswed iridu ngħidulu iswed, u dak li hu abjad, iridu ngħidulu abjad.Aqra aktar

Jude Amin Utulu jitkeċċa minn referee

Ir-referee Jude Amin Utulu tkeċċa mill-assoċjazzjoni Maltija tal-futbol wara li nstab ħati li kiser ir-regoli tal-istess assoċjazzjoni.  Dan ifisser li Utulu ma jistax jkompli bil-karriera tiegħu ta’ referee f’Malta u Għawdex.

Aqra aktar

Partitarji ta’ timijiet tal-futbol se jiġbru għaċ-ċkejken Kane

Wara lis-Supporters Club tat-tim tal-Premier League Floriana FC ħabbru fuq il-mezzi soċjali li l-ġabra li ssir fl-istadium qabel il-logħba kontra Qormi FC se tmur b’risq il-familja ta’ supporter ċkejken Furjaniż Kane Debattista, kienu bosta dawk is-supporters ta’ timijiet oħra tal-futbol lokali li qed iħeġġu lit-tim li jappoġġjaw biex huma wkoll jagħtu l-għajnuna lil dan it-tfajjel ċkejken.Aqra aktar

Send this to a friend