funeral – Page 4 – One News

Notifiki

Mijiet iselmu l-memorja tal-preżentatur maħbub Rennie Vella

Mijiet inġabru fil-knisja tal-Balluta biex jagħtu l-aħħar tislima lil Rennie Vella – il-personalita televiżiva li tilef ħajtu nhar it-Tlieta 10 ta’ Jannar, 2017. Diversi preżentaturi li ħadmu ma’ Rennie inġabru biex jagħtu għall-aħħar tislima, b’uħud minn dawn jafu l-bidu tal-karriera televiża tagħhom lir-Rennie.

Aqra aktar

Il-ġimgħa tingħata l-aħħar tislima lil Matthew Azzopardi

Il-ġimgħa 6 ta’ Jannar se tingħata l-aħħar tislima lill-Matthew Azzopardi, żagħżugħ ta’ 26 sena li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku propju mal-bidu ta’ sena ġdida. Din kienet mewta traġika li ħasdet il-familjari u l-qraba tiegħu, b’mijiet jikkumentaw fuq is-sit soċjali facebook, dwar il-karattru ferrieħi ta’ Matthew.

Aqra aktar

Mijiet iselmu għall-aħħar darba lil Reuben Azzopardi

Mijiet joħonqu l-knisja taż-Żejtun biex iselmu lir-Reuben Azzopardi, raġel ta’ 34 sena li tilef ħajtu l-Ħamis. Deskritt bħala raġel eżemplari u tal-familja, kienu l-mijiet li nġabru biex jagħtu l-aħħar tislima lill-missier u sportiv magħruf. Jispikka s-sens ta’ dieqa u emozzjoni tal-familjari u ħbieb preżenti, u l-bikja ta’ uġigħ hekk kif din se tkun l-aħħar tislima għal dan ir-raġel.

Aqra aktar

“Għadni mkisser… Ma nistax nieqaf nibki”

  • ŻEWĠ KORRIMENTI F’SITT XHUR… INDIFNU FL-ADDOLORATA

Kliem Jonathan Attard, raġel ta’ 37 sena li f’temp ta’ sitt xhur kien se jsir missier darbtejn, iżda ma kienx imnalla.

Ma’ one.com.mt spjega kif wara 17 –il sena, ħassu lest li jkollu t-tfal, iżda wara żewġ korrimenti mhux se tkun faċli.

Aqra aktar

Funeral wara sitt xhur

Sitt xhur wara li kien vittma ta’ splużjoni f’karozza Wied il-Għajn se jkun qed isir is-Sibt li ġej il-funeral ta’ Martin Cachia.

Il-funeral ta’ Cachia se jsir il-Ħamrun, fil-Knisja ta’ San Gejtanu.Aqra aktar

Send this to a friend