funeral – Page 3 – One News

Notifiki

Tislima mill-isbaħ għaż-żagħżugħ Redeemer Tesi

Illum, għexieren ta’ nies inġabru biex jagħtu l-aħħar tislima lil Redeemer Tesi, żagħzugħ ta’ 21 sena li spiċċa vittma tat-triq. Jispikkaw il-karozzi armati tal-ħbieb ta’ Tesi li llum fis-12.30pm qabel ma ngħata bidu għall-funeral iltaqgħu flimkien bil-karozzi tagħhom biex iselmu lil ħabib tagħhom. Filfatt, Redeemer kien dilettant tal-karozzi.

Aqra aktar

Xahar wara – tingħata l-aħħar tislima lin-negozjant David Abela

Fil-knisja tal-Ibraġ illum sar il-funeral tan-negozjant David Abela li nqatel fir-residenza tiegħu fis-Swieqi x-xahar li għadda Abela li għandu 51 sena nstab mejjet fis-27 ta’ Frar. Sal-21 ta’ Marzu, il-katavru ta’ David Abela, kienu għadu ma ġiex rilaxxat għad-difna. Filfatt, dwar dan il-każ l-investigazzjoni għadha għaddejja hekk kif għadu ma ġiex stabbilit min kien responsabbli b’ dan il-qtil.

Aqra aktar

Strieħ fis-sliem, Nenu

Fl-età ta’ sitta u disgħin sena, is-Sibt wara nofsinhar għall-ħabta tas-sagħtejn, ħalla din id-dinja Nenu Buhagiar. Suldat tal-azzar fl-istorja tal-Partit Laburista, raġel li mar il-ħabs għall-ideali tiegħu, li ħadem mhux ftit biex l-istorja tal-istess Partit żvolġiet kif nafuha llum.

Aqra aktar

“Il-fjuri li għandi llum huma tal-funeral”

“Kuljum, bħal dan il-jum, kien iġibli fl-fjuri…illum għandi l-fjuri tal-funeral”.

Ħsieb li qasmet magħna u fuq Facebook Lynn Zahra, li ftit jiem wara mewt l-eks Ministru Joe Grima, qed tħoss it-telfa tiegħu. Bħal kull okkażjoni oħra, jum bħal llum ifisser ferħ għal uħud u dwejjaq għal oħrajn.

Għalhekk l-appell hu biex wieħed ikun sensittiv u jikkonsidra kollox. Ftit solidarjetà hija turija ta’ imħabba wkoll.

Aqra aktar

Kieku inti tiekol waqt funeral?

Heritage Malta se tieħu lill-Katakombi ta’ San Pawl lura fis-snin meta bl-attività ‘Mortem’ se ġġedded it-tifkiriet meta r-Rumani kienu jikkommemoraw lill-mejtin b’ritwali funebri u ikla abbinata mad-difna.

‘Mortem’ kienet issir fi żmien li fih kienet tiġi ċċelebrata l-festa Rumana tal-parentalia. Fl-attivitá fil-Katakombi ta’ San Pawl jispikkaw l-esibizzjoni kif kien isir funeral Ruman fejn il-pubbliku jista’ jipparteċipa u l-ikla abbinata mad-difna fuq l-agape, treasure hunts għat-tfal, lectures dwar is-suldati Rumani u tradizzjonijiet Rumani u dwar skavar fil-Katakombi ta’ San Pawl. Ikun hemm ukoll parata u esibizzjonijiet mill-grupp Legio X Fretensis. Matul il-ġurnata se jkun hemm għall-bejgħ ikel u xorb tradizzjonali Ruman ibbażat fuq riċetti riċerkati.

Aqra aktar

L-aħħar tislima lil Joe Grima

Il-Knisja Parrokjali taz-Zejtun tinsab ippakjata b’nies li nġabru biex jagħtu l-aħħar tislima lill-eks Ministru Joe Grima.
Fl-omelija tiegħu, Fr. Colin Apap iddeskrivih bħala persuna unika. Bniedem analitiku t’esperjenza, li ħalla impatt fix-xena politika. Huwa miet lejliet li kellu jagħlaq 81 sena. 

Tislima lil Ramon Casha

Għadd ta’ persuni taw l-aħħar tislima lil Ramon Casha. Tislima li ma saritx fi knisja, iżda f’ċerimonja li tirrifletti l-umaniżmu li Casha tant kien jitkellem dwaru.

Aqra aktar

Send this to a friend