funeral | One News - Part 2

Notifiki

Il-funeral ta’ Neil Zammit se jsir nhar it-Tnejn

L-Aħħar tislima lil Neil Zammit se tingħata nhar it-Tnejn fit-08:30 ta’ filgħodu fil-knisja ta’ Kristu Re Raħal Ġdid.

Neil, zagħuġħ ta’ 20 sena minn Raħal ġdid miet ħabta u sabta wara li t-Tnejn mar jgħodds bin-nifs flimkien ma’ sieħbu f’Baħar iċ-Ċagħaq u qatt ma reġa’ tela fil-wiċċ ħaj.Aqra aktar

Jappella biex għall-funeral jintlibsu l-kuluri li jixhdu t-tbissima ta’ Miriana

F’messaġġ fuq il-midja soċjali tħabbar li l-funeral ta’ Miriana Agius ħa jsir għada l-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2018 fis-2.30pm, fil-knisja parrokjali ta San Bastjan, f’Ħal Qormi.

Is-sieħeb tagħha Jean Claude Magri talab biex ma jintlibisx il-kulur iswed iżda kuluri sbieħ ħalli jixhdu t-tbissima li dejjem kien ikollha fuq wiċċha din it-tfajla li ħalliet id-dinja f’età żgħira.

L-aħħar tislima lil Daryl Alosio

Daryl Aloisio ta’ 36 sena mill-Fgura jingħata l-aħħar tislima fil-Knisja ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid.

Iż-żagħżugħ tilef ħajtu nhar it-Tnejn 19 ta’ Marzu fi Triq il-Kosta.

Ara wkoll: http://www.one.com.mt/news/2018/03/19/daryl-aloisio-hu-t-tieni-vittma-li-tilef-hajtu-bil-mutur-fi-triq-il-kosta-finqas-minn-jumejn/

Dan Udrea jingħata tislima bi bżieżaq bojod fil-funeral f’pajjiżu

Dan Udrea ta’ 38 sena li tilef ħajtu f’inċident traġiku f’pajjiżna b’mod sfortunat, ingħata l-aħħar tislima mill-familjari u ħbieb fir-Rumanija.

Bosta kienu dawk li attendew biex ituh l-aħħar tislima fejn anke ttajru bżieżaq bojod bħala turija tal-genwinità li kellu dan ir-raġel.

Dan Udrea kien qed isuq fi Triq Notabile fl-Imrieħel, meta siġra nqalgħet mill-għeruq tagħha u waqgħet fuq il-vann tiegħu. Bl-impatt ħalla lill-missier mejjet fuq il-post.

Dan ġara fl-10 ta’ Frar ta’ din is-sena.

Ara wkoll http://www.one.com.mt/news/2018/02/10/ma-stajtx-nemmen-li-taht-is-sigra-kien-hemm-karozza-sharon/

Ara: Il-Funeral tal-Bayzo

Il-funeral tal-kantant maħbub Tony Camilleri l-Bayzo, se jsir nhar it-Tnejn li ġej 5 ta’ Frar 2018 fit-15.30 fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl il-Baħar.

Din hija waħda mill-iżjed kanzunetti tal-Bayzo, maħbuba min-nies: Qalu li raw.

Tingħata l-aħħar tislima lil Janie Turner

Il-Knisja tar-Rotunda fil-Mosta tinsab mimlija daqs bajda hekk kif mijiet ta’ nies qed jagħtu l-aħħar tislima lil Janie Turner.

Janie Turner omm ta’ tlett itfal, wieħed minnhom ta’ erba’ snin, tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku fi Triq Sir Temi Zammit l-Imġarr Malta.

Send this to a friend