funeral – One News

Notifiki

ARA: “Alla żejjen ħajjet Leli b’ħafna doni”- Qraba u ħbieb isellmu lil Leli l-Pejsa għall-aħħar darba

Erbat ijiem wara l-mewta traġika tiegħu, Leli Grech magħruf ma’ ħafna bħala l-Pejsa, is-Sibt filgħodu ngħata l-aħħar tislima fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan.

Iċ-ċelebrant ewlieni tal-funeral, Dun Ġwann Galea, li kien ukoll qrib ħafna l-familja Grech, faħħar bis-sħiħ il-ħidma ta’ Leli f’din id-dinja, fejn qal li Alla żejjen lil ħajtu b’ħafna doni, fosthom l-għaqda li kien iżomm fil-familja:

“Kunu dejjem preparati, qalilna Ġesù, għax ma tafux la l-jum u lanqas is-siegħa meta se nseħilkom. U l-każ ta’ Leli huwa propju eżempju ċar ta’ dak li qalilna Ġesù. Ma tafux, la l-jum, la s-siegħa, u lanqas iċ-ċirkostanzi”.

Leli, li kellu 65 sena u kien joqogħod Ħaż-Żebbuġ, tilef ħajtu b’mod traġiku t-Tlieta filgħodu wara li waqa’ żewġ sulari waqt xi xogħol tat-tqegħid ta’ madum li kien qed jagħmel ma’ ibnu f’kumpless tax-xiri fil-Ħamrun.

Chris Portelli ta d-demm 48 darba

Fi knisja mbullata bin-nies ingħatat l-aħħar tislima lil Chris Portelli, iż-Żabbari nhar l-ewwel tas-sena tilef ħajtu, wara li l-għada tal-Milied waqa’ ogħli ta’ ħames filati minn fuq sellum fl-Impjant ta’ Delimara.

Portelli kellu ħamsa u erbgħin sena u kien missier ta’ żewġt itfal. Ir-rispett li kien igawdi Chris kien evidenti fil-funeral tiegħu li sar fil-knisja tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż Żabbar. Filfatt fil-funeral ipparteċipaw ukoll l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel flimkien mal-Fratellanza ta’ San Mikiel, li tagħha kien jagħmel parti.

Aqra aktar

Isellmu għall-aħħar darba lill-eks President Bush

Mexxejja u persuni importanti minn madwar id-dinja nġabru f’Washington biex jagħtu l-aħħar tislima lill-eks President tal-Istati Uniti George H.W. Bush. Il-funeral statali beda għal ħabta tal-11:00 ħin lokali, wara li l-katavru ta’ Bush, li kien fil-Capitol, tmexxa għal Katidral Nazzjonali.Aqra aktar

Qtil doppju fil-Għargħur: serqa mid-dar tal-vittmi waqt il-funeral

Id-dar li fiha nqatlu żewġ nisa fil-Għargħur f’Lulju li għadda sfat fil-mira ta’ serqa waqt il-funeral tal-istess nisa. Dan ħareġ fil-Qorti hekk kif kompl jinstema’ l-każ kontra Kevin Micallef ta’ 42 sena, li qed ikun mixli bil-qtil ta’ ommu, Antonia Micallef, u ta’ zitu, Maria Carmela Fenech.

Id-delitt sar fit-23 ta’ Lulju fid-dar tal-vittmi stess fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.  Waqt is-smiegħ tal-Erbgħa, ħut l-akkużat irrifjutaw li jagħtu x-xhieda tagħhom minħabba r-relazzjoni tagħhom mal-akkużat.Aqra aktar

Send this to a friend