fuel – One News

Notifiki

Il-prezzijiet f’Malta tal-petrol u d-diesel xorta waħda baqgħu rħas mill-medja Ewropea

B’reazzjoni għall-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista, il-Partit Laburista qal li  apparti li l-Oppożizzjoni qed tipprova tqarraq meta tgħid li l-Gvern ma riedx jiddiskuti fl-MCESD, meta jaf li d-diskussjonijiet li jsiru huma pregorattiva tal-istess MCESD, u aktar minn hekk li l-Gvern qatt ma ddejjaq li jiddiskuti, l-istess Oppożizzjoni m’għandha l-ebda kredibilità li ssemmi dan is-suġġett meta għabbiet tant piżijiet fuq il-poplu meta kienet fil-Gvern. Aqra aktar

Il-Ministru Joe Mizzi jsejjaħ laqgħa mal-GRTU dwar il-kwistjoni tal-pompi

Minn ftit tas-sigħat ilu, il-pompi tal-fjuwil jinsabu magħluqa għall-konsumatur wara li daħlet fis-seħħ azzjoni industrijali tal-GRTU. Fl-aħħar sigħat, il-Ministru Joe Mizzi għal darb’oħra sejjaħ laqgħa mal-GRTU biex tkun diskussa l-kwistjoni tal-pompi tal-fjuwil.

Il-Ministru tenna li l-Gvern lest ikompli d-diskussjonijiet, bit-tama li jintlaħaq ftehim li ma jkunx ta’ detriment fuq il-konsumatur jew in-negozji. Il-laqgħa mistennija ssir is-Sibt li ġej, minkejja li l-GRTU m’aċċettatx iż-żieda li offra l-Gvern.

Kien fl-2011 li l-Awtorità Maltija għar-Riżorsi kienet tat żieda fil-qligħ mill-fjuwil lill-pompi speċifikament bil-kundizzjoni li dawn ikopru l-investimenti strutturali li għandu jsir sal-elfejn u għoxrin iżda għalkemm is-sidien kollha tal-pompi tal-fjuwil kellhom l-obbligu li jagħmlu dan, il-maġġoranza tagħhom m’għamlux dan l-investiment.

Minn dan iż-żmien s’issa żdiedu wkoll l-ammont ta’ karozzi fil-pajjiż, u għaldaqstant żdied ukoll il-konsum tal-fjuwil. Iż-żidiet wasslu wkoll għal qligħ akbar lis-sidien tal-pompli tal-fjuwil.

Il-Gvern ma jilqax talbiet proposti mill-GRTU għal żidiet fil-prezz tal-fuel

Aktar kmieni llum, il-Ministru Joe Mizzi sejjaħ lill-GRTU għal laqgħa dwar il-kwistjoni tal-għajnuna li qed jitolbu s-sidien tal-pompi tal-petrol biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet infrastrutturali. Dwar dan kienet ingħatat deċiżjoni mill-Awtorità Maltija għar-Riżorsi fl-2011 li kienet tat żieda fil-qliegħ mill-fuel lill-pompi bil-kundizzjoni li dawn ikopru l-investimenti strutturali li għandhom isiru sal-2020.

Il-Gvern jinnota t-talbiet għal żidiet mill-GRTU. Il-Gvern ma laqax dawn it-talbiet kif proposti għax f’dan l-istadju il-prezz tal-fuel jogħla għall-konsumatur lil hinn mill-prezz internazzjonali tal-fuel.

Il-Gvern offra żieda oħra ’il fuq minn dak deċiż fl-2011 u li f’dan il-ħin ma jitfax piż fuq il-familji u n-negozji. Il-bieb għal taħdidiet min-naħa tal-Gvern jibqa’ miftuħ.

Il-PM jikkummenta kif tneħħiet iż-żieda fil-faqar ta’ żmien il-PN

Iddeskriva t-tnaqqis fil-faqar bħala punt importanti ħafna. “Il-ġid mhux biżżejjed toħolqu imma int trid tqassmu,” qal Joseph Muscat li fisser kif ix-xogħol tal-istat hu li jaħseb fiż-żgħir mid-dħul li għamel hu. Spjega kif bejn l-2008 u l-2013 kien hemm żieda ta’ 18,000 f’dawk f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali u dawn niżlu b’16,000 fl-aħħar ħames snin.

Aqra aktar

Jiżdied il-prezz tal-fuel fl-Ewropa – f’Malta jibqa’ stabbli

L-istatistika tal-Kummissjoni Ewropea tindika li f’Malta biss il-prezzijiet kemm tal-petrol kif ukoll tad-diesel baqgħu stabbli. Fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea f’dawn l-aħħar 560 jum żdied il-prezz tal-petrol u l-prezz tad-diesel, bl-unika eċċezzjoni kienet il-Finlandja fejn kien hemm tnaqqis ta’ ċenteżmu l-prezz tad-diesel.

Aqra aktar

Erġajna! Fl-Ewropa jiżdied il-prezz u f’Malta jibqa’ stabbli

Għal darb’oħra l-prezz tal-fuel f’Malta baqa’ stabbli u taħt il-medja Ewropea filwaqt li żdied fil-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Tikkonferma dan statistika tal-Kummissjoni Ewropea li tikkonferma li fl-aħħar xahar il-prezz medju tal-petrol fl-Unjoni Ewropea żdied bi tliet ċenteżmi u minn €1.36 kull litru sar €1.39. Żdied ukoll b’żewġ ċenteżmi u nofs il-prezz tad-diesel li minn €1.215 tela’ għal €1.24.

Filwaqt li kien hemm dawn iż-żidiet fl-Unjoni Ewropea, il-prezz f’Malta baqa’ stabbli b’€1.31 il-petrol u €1.18 id-diesel.

Aqra aktar

Għada pajjiżna se jieqaf juża l-aktar fjuwil li jħammeġ u jibda jaħdem bil-gass

“Bl-għeluq tal-power station tal-Marsa għamilna qabża kbira ‘l quddiem.  Għada se tkun ġurnata oħra storika għall-ambjent, għall-kwalità tal-arja u għall-kwalità tal-ħajja.  Għada pajjiżna se jieqaf juża darba għal dejjem l-aktar żejt li jniġġeż fid-dinja, il-Heavy Fuel Oil, u għada pajjiżna se jibda jħaddem it-turbini kollha tal-power station bil-gass.”

Ħabbar dan Joseph Muscat waqt il-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista.

Aqra aktar

Bl-istabbiltà, prezz medju irħas mill-Unjoni Ewropea

Analiżi teknika ġimgħa b’ġimgħa mill-ewwel xahar tal-amministrazzjoni Laburista, li b’rabta mal-prezz tal-fuel għażlet l-istabbiltà, turi kif f’dan il-perjodu l-prezz tal-fuel f’Malta kien aħjar minn dak medju fl-Unjoni Ewropea.

Għal 152 ġimgħa mill-aħħar tliet snin u għaxar xhur il-prezz medju tal-petrol f’Malta kien irħas minn dak fl-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li fi tmienja minn kull għaxar ġimgħat il-konsumatur Malti ħallas prezz irħas mill-Unjoni Ewropea. Fil-każ tad-diesel il-konsumatur Malti ħallas prezz inqas f’sitt ġimgħat minn kull għaxra. Biex il-prezz tad-diesel f’Malta kien irħas f’117-il ġimgħa. B’hekk din l-analiżi ġabet fix-xejn ukoll rapport fit-Times of Malta li l-konsumatur Malti ħallas iktar prezz tad-diesel.

Aqra aktar

Send this to a friend