ftehim | One News - Part 4

Notifiki

Falza stikka oħra għall-PN

Is-Segretarjat Parlamentari għar-riċerka, innovazzjoni, żgħażagħ u sport ippubblika l-ftehim tal-korsa taż-żwiemel tal-Marsa li sar bejn il-Gvern u l-konsorzju . B’referenza għal stqarrija tal-Partit Nazzjonalista, is-Segretarjat qal li m’għandu ebda problema jippubblika l-ftehim li sar.

Is-Segretarjat ura d-diżapprovazzjoni tiegħu għal kif l-Oppożizzjoni reġgħet ħadet l-okkażjoni biex toħloq dubji dwar proġett ieħor ta’ investiment li minnu se jgawdi l-poplu Malti, partikularment ir-residenti tan-naħa ta’ isfel ta’ Malta.

Aqra aktar

Ħaddiema tal-Air Malta li rtiraw kmieni jingħataw id-diskrepanzi fil-ħlas dovut

Il-ħaddiema tal-Air Malta li ħadu l-iskema tal-irtirar kmieni fl-2011, ingħataw id-diskrepanzi fil-ħlas dovut lilhom mill-ammont globali hekk kif miftiehem magħhom dak iż-żmien. Dan wara ftehim milħuq mal-General Workers’ Union u l-Ministeru għat-turiżmu. Fi stqarrija l-Ministeru għat-Turiżmu qal li dan kien possibbli grazzi għall-għajnuna li ngħatat mill-Ministeru għall-finanzi.

Aqra aktar

Ir-reazzjoni ta’ Scicluna għal ftehim importanti

Seba’ ġimgħat biss wara l-bidu tagħha, il-Presidenza Maltija, laħqet ftehim mal-Kunsill għall-Affarijiet Finanzjarji u Ekonomiċi fi Brussell, l-Ecofin, biex tkun ikkompilata lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkoperawx mal-liġijiet Ewropej dwar l-evażjoni tat-taxxa u ħasil ta’ flus, bil-għan li dawn ikunu esklużi.

Aqra aktar

Tibda ż-żjara uffiċjali tal-Prim Ministru tat-Turkija f’pajjiżna

Il-Prim Ministru tat-Turkija Binali Yıldırım wasal f’pajjiżna ma tlugħ ix-xemx. Kien il-Ministru għat-trasport Joe Mizzi li laqgħu f’pajjiżna. Aktar tard matul il-jum tal-ġimgħa, il-Prim Ministru tat-Turkija se jkun qed jiltaqa’ mal-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca u mal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Aqra aktar

Iffirmat ftehim favur iktar kooperazzjoni fis-settur kulturali

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien mal-Ministri għall-Kultura tal-pajjiżi fil-Punent tal-Mediterran iffirmaw dikjarazzjoni ta’ kooperazzjoni b’miri konkreti fis-settur kulturali fil-forum magħruf bħala d-Djalogu 5+5, f’Tuneż.

Din id-dikjarazzjoni filfatt, immarkat l-ewwel darba li l-Ministri għall-Kultura tar-reġjun attendew għal Laqgħa ta’ Djalogu 5+5 minn meta fl-1990 tnieda dan il-forum bil-għan li jitkattru r-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi Ewropej tar-reġjun (Malta, l-Italja, Franza, Spanja u l-Portugal) u l-pajjiżi membri tal-Arab Maghreb Arab Union (il-Marokk, l-Algerija, it-Tunezija, il-Libja u l-Mauritania).

Aqra aktar

Send this to a friend