ftehim kollettiv | One News

Notifiki

L-MCAST u l-MUT jilħqu ‘bażi ta’ ftehim’ fuq pakkett finanzjarju għall-gradi kollha tal-għalliema

Fi stqarrija konġunta l-MCAST u l-MUT ddikjaraw li wara diskussjonijiet intensivi tal-għola livell, intlaħaq bażi ta’ ftehim fuq il-pakkett finanzjarju għall-gradi kollha tal-għalliema.

L-MCAST u l-MUT issa qed jaħdmu biex jaqblu fuq kwistjonijiet pendenti u jiffinalizzaw il-ftehim kollettiv. Iż-żewġ naħat huma kunfidenti li l-ftehim finali se jintlaħaq bil-għan li jiġu mtejba l-kundizzjonijiet tal-gradi kollha tal-istaff.

ARA: Il-ftehim kollettiv tal-għalliema spjegat

L-MUT esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-ftehim kollettiv li ntlaħaq bejn il-union u l-Gvern. Ftehim li fi kliem il-President tal-MUT, Marco Bonnici, is-settur tal-edukazzjoni qatt ma ra bħalu, dan hekk kif l-għalliema mhux biss se jkunu qed igawdu minn żidiet fis-salarji tagħhom iżda saħansitra se jgawdu minn kundizzjonijiet aħjar. Fi stqarrija il-Ministeru tal-Edukazzjoni fakkar li f’dawn l-aħħar ħmistax-il sena, taħt gvernijiet Nazzjonalisti, l-għalliema u edukaturi oħra raw żidiet miżerabbli. Tant hu hekk li kienu tħallew fil-qiegħ tal-professjonijiet kollha tal-ħaddiema pubbliċi.

Aqra aktar

Ftehim li solva inġustizzji ta’ snin twal

L-aħbar li ġie ffirmat il-ħames ftehim Kollettiv tas-Servizz Pubbliku ma tistax ma ġġibx reazzjoni pożittiva fost dawk li jirrapreżentaw ħaddiema f’firxa sħiħa ta’ setturi. Qed nirreferu għall-unjins, li f’dan il-filmat tista’ tisma l-kummenti t’uħud mir-rappreżentanti tagħhom mumenti wara l-iffirmar tal-ftehim f’Kastilja.

Aqra aktar

Iffirmat l-ikbar ftehim kollettiv; 30,000 ħaddiem se jgawdu minn żieda fil-pagi

Ġie ffirmat il-ħames Ftehim Kollettiv tas-Servizz Pubbliku. Dan il-ftehim se jkun qed jaffettwa madwar 30,000 impjegat u se jkun qed jiswa €17-il miljun fl-2017, liema żieda titla’ għal €20.5 miljun fl-2024. Dan jinkludi kemm żidiet l-pagi u żieda f’xi allowances.

Din hija l-ewwel darba li l-ftehim se jkopri perjodu ta’ 8 snin. Dan jassigura iktar stabilità filwaqt li l-Amministrazzjoni Pubblika tkun tista’ tkompli twettaq il-bidliet meħtieġa, tinvesti n-nies u toffri servizz ta’ kwalità.

Aqra aktar

KASTILJA ISSA: Il-Prim Ministru f’avveniment importanti

Il-Prim Ministru qiegħed jindirizza konferenza f’Kastilja fil-preżenza tal-ikbar unions tal-pajjiż u dawk li jirrappreżentaw ħaddiema f’oqsma importanti bħas-saħħa u l-edukazzjoni. Matula mistennija jingħataw dettalji dwar ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tas-settur pubbliku. Ftehim li ilu jiġi negozjat.

Aqra aktar

Send this to a friend