freeport – One News

Notifiki

15-il krejn ġdid għall-Freeport ta’ Malta

B’investiment ta’ €31 miljun fl-operat u infrastruttura fil-Port Ħieles ta’ Malta, inġiebu 15-il krejn ġdid li jiswew madwar €20 miljun ewro u li ser jassiguraw inqas emisjonijiet u storbju għar-residenti tal-madwar.

Il-krejnijiet ġodda magħrufa bħala RTGs – Rubber Tyred Gantry Cranes, jintużaw biex jgħabbu u jniżżlu l-kontejners minn fuq il-vapuri tal-merkanzija, kif ukoll biex jitpoġġew minn post għall-ieħor madwar il-Port Ħieles.Aqra aktar

Id-Dwana taqbad kważi 8 miljun sigarett fil-Freeport

Wara ħidma konġunta bejn diversi Taqsimiet tad-Dwana, ġie interċettat kontejner bi kważi 8 miljun sigarett tal-kuntrabandu fil-Port Ħieles. Irriżulta li s-sigaretti huma kollha kontrafatti, wara li rappreżentanti legali f’Malta ta’ kumpanija li hija proprjetarja ta’ diversi marki reġistrati, ikkonfermaw l-illegalità ta’ din il-konsenja.Aqra aktar

Maqbuda bejn 10 u 11-il tunnellata droga b’valur ta’ €28.5 miljun

L-għada li l-uffiċjali tad-Dwana wettqu l-akbar qabda ta’ droga f’pajjiżna, stimi proviżjorji juru li nstabu bejn 10 u 11-il tunnellata droga reżina tal-kannabis li l-valur tagħha fis-suq ilaħħaq it-€28.5 miljun.

ONE News hu Infurmat li din l-akbar sejba ta’ droga f’Malta qed tittieħed b’serjeta  kbira minn entitajiet internazzjonali fosthom il-EUROPOL u l-INTERPOL.  Aqra aktar

ESKLUSSIVA BIR-RITRATTI: Qabda enormi ta’ droga f’għadd ta’ kontejners fil-Freeport

Ħidma kbira mill-uffiċjali tad-Dwana fil-Freeport wasslet għal dik li hija maħsuba bħala l-akbar qabda ta’ droga fl-istorja ta’ pajjiżna.

ONE NEWS jinsab informat li d-droga, li nstabet f’tunnellati kbar, instabet f’għadd ta’ kontejners li kienu għadhom kif waslu Malta mis-Sirja bid-destinazzjoni aħħarija tkun dik tal-Libja.

Id-droga suspetatta reżina tal-kannabis instabet fi bramel tat-trab tas-sapun tal-ħwejjeġ.Aqra aktar

€148,000 f’kumpens wara li ndarab fuq il-post tax-xogħol

Nazzareno Abela ta’ sebgħa u sittin sena u eks ħaddiem tal-Freeport rebaħ kumpens ta’ kważi mija u ħamsin elf ewro wara li tnax-il sena ilu ndarab fuq il-post tax-xogħol u ġarrab għoxrin fil-mija diżabilità permanenti.

Huwa ndarab waqt li kien qed jaħdem it-tielet xift konsekuttiv ta’ tmien sigħat.

Is-Sur Abela kellu ħamsa u ħamsin sena u 21 sena esperjenza fix-xogħol tal-Freeport meta seħħ l-inċident. Huwa baqa’ dieħel f’travu tal-konkrit waqt li kien qiegħed isuq trakk għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ filgħodu.

Aqra aktar

Send this to a friend