francis ebejer | One News

Notifiki

Se nerġgħu niltaqgħu ma’ Francis Ebejer!

Din is-sena qed infakkru l-25 sena mill-mewt tad-drammaturgu Francis Ebejer, il-bniedem li grazzi għalih, l-udjenzi Maltin tgħallmu lezzjonijiet siewja mill-hekk imsejjaħ Teatru tal-Assurd.

Minħabba l-assurdità  tad-drammi ta’ Ebejer, għexieren ta’ diretturi kemm-il darba taw togħma differenti għall-istejjer tiegħu. Din id-darba, id-direttur żagħżugħ Clive Piscopo, se jwaħħad erba’ drammi li nkitbu mid-drammaturgu fl-1985. Drammi li forsi l-udjenza Maltija mhux familjari magħhom…

ARA: Malta tfakkar lid-drammaturgu Francis Ebejer

Diversi attivitajiet madwar pajjiżna qed ifakkru l-25 sena mill-mewt tad-drammaturgu popolari Francis Ebejer. Ebejer jibqa’ magħruf għall-hekk imsejjaħ Teatru tal-Assurd, u kien wieħed mid-dramaturgi fl-istorja moderna, li verament iddefinixxew it-teatru Malti.

Il-Ħamis kien inawgurat bust tad-drammaturgu fi Spazju Kreattiv, u dan kien inawgurat minn ibnu stess, Damien Ebejer.

B’rabta ma’ dan, il-Ħamis filgħaxija tela’ s-siparju fuq edizzjoni ġdida ta’ Boulevard, waħda mill-iktar drammi poplari ta’ Ebejer.Aqra aktar

Send this to a friend