fotografija – One News

Notifiki

L-akbar konkors fotografiku fid-dinja jitnieda f’Malta

Wiki Loves Monuments, l-ikbar konkors fotografiku fid-dinja skont il-Guinness World Records, ser jerġa’ jsir f’Malta għat-tieni darba matul Settembru. Dan il-konkors iġib flimkien dilettanti tal-fotografija minn madwar id-dinja sabiex jieħdu ritratti mill-isbaħ tal-wirt kulturali dinji biex jitqiegħdu fuq il-Wikipedia.

Waqt konferenza stampa, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici tenna li dan se jservi sabiex inqajmu aktar kuxjenza dwar wirt kulturali fil-komunitajiet li, minkejja li mhumiex daqshekk popolari, xorta waħda għandhom il-karraterristiċi sbieħ tagħhom li l-fotografu jirnexxielu jiġbor f’ritratt.

Aqra aktar

Tħobb ir-ritratti? MaltaPost għandha stedina

  • Kompetizzjoni tal-Fotografija ‘Spectacular Views of Malta’
  • Ir-ritratti rebbieħa se jiġu maħruġa bħala bolli u se jkunu qegħdin awtomatikament jipparteċipaw f’ kompetizzjoni oħra internazzjonali.

MaltaPost qiegħda tniedi kompetizzjoni tal-fotografija li tistieden lill-pubbliku biex jissottometti ritratti li juru xeni spettakolari tal-Gżejjer Maltin. Ir-ritratti rebbieħa se jkunu qegħdin jidhru fuq bolla ta’ Malta li tiġi pprintjata f’pajjiżi fid-dinja kollha.

Ir-ritratt li jiġi fl-ewwel post se jkun qiegħed jieħu sehem f’ kompetizzjoni internazzjonali li tiġi organizzata minn SEPAC (Small European Postal Administration Cooperation).

Il-kompetizzjoni bl-isem ta’ ‘Spectacular Views’ tistieden lill-pubbliku biex jieħu ritratti li juru xeni sbieħ  milll-Gżejjer Maltin. Dawn jistgħu jinkludu ritratti tal-kampanja Maltija, tal-ħajja fl-irħula Maltin, in-natura, l-arkitettura u l-pajsaġġ Malti. Erba’ ritratti se jkunu magħżula biex jidhru fuq bolla u se joħorġu bħala sett wieħed ta’ erba’ bolli. Dan is-sett ta’ bolli se jkun qed jintuża’ kemm f’ Malta kif ukoll internazzjonali sabiex għal-pustaġġ u għall-kollezzjonisti.

Aqra aktar

Titlaq mix-xogħol biex tieħu ritratti tat-tfal tagħha

Fl-2009, Gina Buliga, omm ta’ żewġt itfal mir-Rumanija, iddeċidiet li titlaq mix-xogħol li kienet taħdem fultajm u bdiet taħdem fuq il-passjoni tagħha, dik li kienet il-fotografija.

L-omm qalet li għall-ewwel ma kinitx faċli biex qabdet, iżda bi ftit għajnuna, b’diversi opportunitajiet li qatt ma rrifjutat u bis-saħħa taż-żewġ mudelli ċkejknin tagħha, irnexxiela tasal fejn xtaqet.

Aqra aktar

It-telfa ħabta u sabta ta’ ħabib

“Ser tibqa’ mfakkar għad-delizzju tiegħek tal-fotografija u r-ritratti sbieħ li kont tieħu. Aħbar li qatt ma kont nistenna. Kont nitgħaxxaq bir-ritratti li kont tieħu u l-messaġġi ta’ inspirazzjoni li kont tikteb ta’ kull filgħodu. Tlifna ħabib.”

Dawn huma wħud mill-messaġġi li tħallew fuq il-profil tas-sit soċjali ta’ Facebook ta’ Jason Muscat. Fotografu Malti, li kien maħbub minn ħafna kemm għall-karattru tiegħu u kif ukoll għax-xogħol ta’ fotografija li kien jieħu.

Aqra aktar

Il-qlubija ta’ plejers Maltin, taħt xita qliel

Kull deni ħudu b’ġid jgħid il-Malti. Hekk juri dan ir-ritratt uniku li ġibed il-fotografu Domenic Aquilina waqt il-logħoba futbol tal-bieraħ ta’ Malta kontra l-Islanda.

Il-fotografu ifaħħar il-ġest nobbli li ra b’għajnejh fil-grawnd tal-futbol.

Aqra aktar

Send this to a friend