fosos | One News

Notifiki

L-Imqabba, Għawdex, il-Port il-Kbir, u l-Fosos tal-Floriana protagonisti fil-Festival Internazzjonali tal-logħob tan-nar 2019

Il-Ministru Konrad Mizzi nieda t-18-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-logħob tan-Nar. Il-Festival jibda fl-24 ta’ April fl-Imqabba. Il-Festival se jmur ukoll fil-Gżira Għawdxija, fejn se jittella’ spettaklu fix-Xagħra fis-27 t’April.

Fit-30 ta’ April, l-ispettaklu tan-nar ikun fuq il-Port il-Kbir. L-ispettaklu se jkun kollu is-sinkronizat mal-muzika, kif spjega l-Head of Events tal-MTA Lionel Gerada. Is-Sibt 4 ta’ Mejju se jkun hemm spettaklu ta’ logħob tan-nar tal-art mekkaniżżat fuq il-Fosos tal-Floriana bis-sehem ta’ tmien kamar tan-nar lokali.Aqra aktar

ARA: Adrian Delia jiġġustifika l-attendenza fqira bil-bejgħ fuq il-Fosos

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li mhux veru li l-attendenza fuq il-Fosos tal-Floriana waqt l-attivitajiet tal-indipendenza kienet l-aktar waħda fqira fl-aħħar snin. Dan għax skont il-barometru akkurat li qal li għandu sar ħafna aktar bejgħ minn fuq il-bankarelli tal-ikel mifruxa fuq il-Fosos.

Intervistat waqt il-programm Dissett fuq Television Malta, il-Kap Nazzjonalista qal li ma ltaqax ma’ attivisti nazzjonlisti li kellmuh dwar l-attendenza fqira fuq il-Fosos u qal li l-informazzjoni li kellu l-preżentatur kienet skorretta għax mill-informazzjoni li kellu, il-bejgħ li sar matul l-attivitajiet kien aktar minn ta’ snin ta’ qabel.Aqra aktar

Bil-Filmat: Għal Casa, il-Kap tal-PN huwa ‘Adrian Busuttil’

Għall-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa, il-Kap Nazzjonalista jismu ‘Adrian Busuttil’.

Din il-fixkla xejn sabiħa saret waqt is-sessjoni tal-Erbgħa fuq il-Fosos mal-MEPs Nazzjonalisti. Casa, forsi mingħajr ma ried, kixef kemm hi serja l-firda li hemm fil-qalba tal-partit fl-Oppożizzjoni, u kemm Adrian Delia ma jgawdix ir-rispett li suppost għandu bħala Kap.
Casa huwa magħruf li jappoġġja bi sħiħ lill-eks Kap Simon Busuttil. M’hemmx konferma iktar minn hekk kemm nies fil-Partit Nazzjonalista stess mhux qed iħarsu lejn Adrian Delia bħala Kap Nazzjonalista. Huwa ċar li l-politika tiegħu ta’ mod ġdid, wara sena sħiħa, falliet.

 

 

Jason Derulo, Hailee Steinfeld u Sigala għal fuq il-Fosos

Jason Derulo, Hailee Steinfeld u Sigala flimkien ma’ Paloma Faith u Ella Eyre u Dimitri Vegas & Like Mike huma l-artisti li din is-sena ser jimlew il-palk tal-Isle of MTV ta’ din is-sena.

Għat-tnax il-sena konsekuttiva, dawn l-artisti ser jingħaqdu ma’ għadd ta’ artisti lokali fuq il-Fosos fil-Furjana biex jittella dak li llum ġie stabbilit bħala wieħed mill-akbar kunċerti mużikali offruti b’xejn fl-Ewropa matul is-sajf.Aqra aktar

Suċċess ieħor għall-Isle of MTV

L-artisti ta’ fama internazzjonali li t-Tlieta filgħaxija pparteċipaw fil-ħdax –il edizzjoni tal-Isle of MTV ma ddiżappuntawx.

Il-grinta fuq wiċċ l-ikoni tal-mużika li għal lejla sħiħa ferrħu lill-madwar ħamsin elf Malti u turist li ħonqu l-Fosos tal-Furjana, kienet trasferita fil-folla li żifnet u kantat mad-daqqa tal-mużika b’ġeneri differenti u bi stili li laqtu l-gosti ta’ kulħadd.

Id-diskors ta’ kemm l-artisti tal-lum ma jiswew xejn fejn dawk ta’ snin oħra sfuma fix-xejn, meta minn kmieni wara nofsinhar, bosta żgħażagħ bdew jinġabru fuq il-Fosos.

Għalkemm l-Isle of MTV ma jattirax żgħażagħ biss, iżda persuni ta’ kull età.

Aqra aktar

Noti Għawdxin digà jivjaġġaw fit-toroq tal-Floriana

Bħalissa fuq il-Fosos tal-Furjana għaddejjin is-soundchecks mill-kantanti lokali u barranin li se jkunu qed jeżebixxu quddiem madwar 50,000 ruħ illejla,

Fost oħrajn, bħalissa għaddejjin bil-provi tagħhom The Travellers, grupp ta’ kantanti Għawdxin li qed jagħmlu suċċess f’pajjiżna fost oħrajn bid-diska tagħhom Xemx u Xita. Bin-noti Għawdxin diġà qed jivjaġġaw fit-toroq tal-Floriana hekk kif il-ħoss mużikali ta’ dan il-grupp qed jinstema’ mill-inħawi.

Aqra aktar

“Malta għażlet l-imħabba fuq il-mibegħda”

“Bħal-lum ġimgħa biss, Malta għażlet. Għażlet l-imħabba fuq il-mibegħda. Għażlet l-għaqda fuq il-firda. Għażlet il-verità fuq il-gideb. Għażlet l-istabbiltà flok il-konfużjoni. Għażlet il-progress ekonomiku u soċjali flok li treġġa’ l-arloġġ lura. Malta għażlet u għażlet dan il-moviment b’maġġoranza ġdida storika. Grazzi Malta.”

Hekk beda d-diskors tiegħu il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt il-mass meeting tar-rebħa li sar is-Sibt filgħaxija fuq il-Fosos tal-Furjana.

Aqra aktar

Dettalji dwar l-aħħar attività ta’ ċelebrazzjoni

Illejla, il-Fosos tal-Furjana se jerġa’ jinbidel f’baħar abjad u aħmar, b’partitarji tal-moviment Laburista u persuni oħra li wrew il-fiduċja lill-Prim Minsitru Joseph Muscat fl-ikbar rebħa storika f’Malta.

Il-mass meeting se jibda għall-ħabta tal-15:00 b’numru mdaqqas ta’ bandisti volontiera taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur David Agius, għall-ħabta tal-17:00 se jkun qedj ibda l-pre party bl-aqwa mużika u diski li jfakkru l-isbaħ mumenti tal-kampanja elettorali matul ix-xahar ta’ Mejju.

Biex fis-19:00, il-folla tisma’ l-messagg tal-Prim Minsitru Joseph Muscat, li reġà ngħata l-fiduċja assoluta tal-poplu biex jiggverna u jmexxi lil Malta għall-ħames snin li ġejjin.

Aqra aktar

Send this to a friend