Forzi Armati – One News

Notifiki

Salvat grupp ta’ 97 immigrant

97 immigrant iddaħlu Malta mill-Forzi Armati wara li kienu salvati hekk kif kellhom bżonn l-assistenza waqt li kienu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija. Huma ddaħħlu fis-06:40 tat-Tlieta filgħodu f’Xatt it-Tiben abbord id-dgħajsa tal-istess Forzi Armati ta’ Malta l-P61.

Intqal li fil-grupp hemm mara u żewġt itfal. L-immigranti għaddew għand il-Pulizija u ttieħdu fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa permezz ta’ diversi xarabanks. Hemmhekk saret tfittxija fuq kull persuma u ttieħdu ritratti u l-marki tas-swaba ta’ kull immigrant, filwaqt li l-pulizija ġabret it-tagħrif dwarhom permezz ta’ intervisti.

Il-Forzi Armati Maltin isalvaw kelb minn fuq l-Aquarius

Fost dawk salvati fil-Mediterran fl-aħħar ħin hemm kelb li jinsab fi triqtu lejn pajjiżna wara operazzjoni delikata ta’ salvataġġ.

Ikkonferma dan il-Prim Ministru Joseph Muscat fi tweet fejn qal li l-Kelb kien salvat mill-bastiment Aquarius mill-Forzi Armati Maltin.

It-58 immigrant abbord se jaslu Malta fil-ħin li ġej u minnfuih jibda l-proċess biex dawn jitqassmu bejn erba’ pajjiżi. Ħadd minn dawn l-immigranti mhu se jibqa’ pajjiżna.

Il-Kelb ittieħed ukoll fis-sezzjoni tal-kwarantina tal-annimali f’Ħal Luqa biex ikun eżaminat minn vet.

Investiment f’apparat ġdid kontra l-isplussivi

B’investiment ta’ żewġ miljun ewro llum ġie nawgurat l-apparat il-ġdid tal-explosive ordinance disposal unit.
Dan jikkontisti f’vann li hu mgħammar b’dak kollu meħtieġ f’każ ta’ bżonn inkluż żewġ robots li permezz tagħhom jiġu disattivati l-bombi.
Dan sabiex ilaħqu mal-moħħ żviluppat tal krimnali li kull ma jmur dejjem qed jiżviluppa.
Dan l apparrat ġie ffinanzjat minn fondi nazzjonali Ewropej.
Fl-inawgurazzjoni id-Direttur maniġerjali ta’ Telerob; il-kumpanija Ġermaniza li bniet l-apparrat, qal li jinsab impressjonat b’din is sezzjoni tal-EOD fi ħdan il-forzi armati ta Malta li sostna li hi l aqwa li qatt ra.
Il-Brigadier Jeffrey Curmi qal li dan huwa parti mill-investiment kontinwu fi ħdan il-forzi armati.
Is-Segretarju Parlamentari tal-Fondi Ewropej Aaron Farrugia qal li Malta sa issa diġa’ ħadet 76 miljun ewro f’fondi għas-sigurtà nazzjonali mill-programm 2014-2020.
Min naħa tiegħu, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia ħabbar investiment ieħor ta’ 33 miljun ewro fil-forzi armati; dak tal-akbar dgħajsa li qatt kellhom il forzi armati.

45 fizzjal ġdid għall-Forzi Armati ta’ Malta

45 fizzjal mill-Forzi Armati ta’ Malta ngħataw iċ-ċertifikat tal-kummissjoni tal-fizzjali mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, fil-preżenza tal-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela u l-Kap Kmandant Brigadier Jeffrey Curmi fil-Palazz ta’ San Anton.

Il-President, filwaqt li indirizzat lill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta qalet li hi tħares lejn l-uffiċjal tal-Armata bħala mudell, li jrid jagħti eżempju, ħalli l-poplu jimxi warajh. “Inħoss li hemm responsabbiltà kbira fuq il-membri u l-uffiċjali tal-Forzi Armati li jagħtu eżempju u li jgħinu biex tinbena kultura ta’ paċi pożittiva,” stqarret il-President Coleiro Preca.

Aqra aktar

Inawgurat it-tielet ajruplan tal-Forzi Armati ta’ Malta

Ġie inawgurat uffiċjalment it-tielet ajruplan tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Hawker Beechcraft King Air B250. Dan se jintuza għall-kontroll tal-fruntieri u s-sorveljanza ta’ Malta. Ġie inawgurat ukoll robot ghal tiftix ta’ materjal splussiv. Flimkien, dawn jiswew €16-miljun.

King Air B250 huwa aircraft tal-ogħla kwalità, bi track rekord eċċellenti fl-operat militari.

L-iffirmar tal-kuntratt sar mill-Brigadier Jeffrey Curmi, kap kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta u President tal- Aerodata. Dan fil-preżenza tal-Ministru Carmelo Abela u s-Segretarju Parlamentari Ian Borg.

Jeffrey Curmi qal li dan huwa pass kbir għall-Forzi Armati.  Il-Ministru Abela ddeskrivihom bħala forzi ambizzjużi għall-bidla, filwaqt li s-Segretarju Parlamentari ddeskriva l-importanza ta’ dawn inġenji fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.

SKANDLU – membri mill-militar Amerikan iqassmu mijiet ta’ ritratti ta’ kollegi nisa GĦARWENIN

Uffiċjali minn kull qasam militari Amerikan għandhom ħafna xi jwieġbu, għaliex instab li kienu qed ixerrdu ritratti ta’ kollegi tagħhom għarwenin.

Skont rapporti fil-mezzi tax-xandir internazzjonali, dawn qassmu ritratti ta’ nisa fil-marines, jew li kienu fil-marines, permezz ta’ forum li mingħalihom kien privat,  imma b’xi mod spiċċaw fuq Facebook.

Dawn il-membri tal-militar qassmu bejniethom mijiet ta’ ritratti simili. Dawk li tellgħu r-ritratti kienu anke jipprovdu dettalji ta’ fejn jinsabu stazzjonati dawn in-nisa. Ħafna mir-ritratti kienu jkunu akkumpanjati minn kummenti li xejn m’huma xierqa. Il-Pentagon qed tikkundanna dan l-aġir u tqisu ‘mhux konsistenti’ mal-valuri tal-militar.

Din is-sena se jsiru numru ta’ reklutaġġi fil-forzi dixxiplinati kollha

Fl-2017 se jsiru numru ta reklutaġġi fil-forzi dixxiplinati kollha. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Intern Carmelo Abela, waqt il-ħatra ta’ 55 suldat ġdid fil-Forzi Armati ta’ Malta.
Biex l-armata titjieb fil-livell, apparti investiment fit-tagħmir tal-armata, il-gvern tul dawn l-aħħar 4 snin investa €500,000 fit-taħriġ tas-suldati kollha.

Bħalissa hemm 72% ta’ kemm suppost hemm suldati, u bir-reklutaġġi kontinwi għandu jkun hemm in-numru komplut.

Aqra aktar

“Il-midalja batejt għaliha”

“L-Armata hija familja oħra. Il-midalja batejt għaliha. Din tfakkarni fis-servizz li tajt lil Malta għal dawn l-aħħar 30 sena”.

Dan kien kliem ta’ membri tal-Armata għar-rikonoxximent li rċevew għal servizz twil u effiċjenti.

34 suldat ingħataw midalja bħala rikonoxximent għas-sehem u s-servizz li taw tul il-karriera tagħhom. Il-midalja ngħatat lil dawn il-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li taw servizz ta’ 18, 25 u 30 sena rispettivament.

Aqra aktar

L-ewwel sena BLA MWIET għall-Forzi Armati Ingliżi

Skont The Telegraph, il-Forzi Armati Ingliżi għaddew l-ewwel sena tagħhom f’madwar ħames deċenji mingħajr suldat, baħħar jew pilota maqtul waqt xi operazzjoni.

Statistika mill-Ministeru għad-Difiża tindika li dan ilu ma jseħħ mill-1968. Forzi Brittanniċi ilhom jiġġieldu b’zoni ta’ kunflitt perikolużi għal aktar minn 70 sena, minn meta spiċċat it-Tieni Gwerra Dinjija.

Skont sorsi militari li tkellmu mal-istess ġurnal, it-tmiem tal-ġlied tal-Ingliż fl-Afghanistan, ir-rieda li forzi Ingliżi ma jiġġieldux f’missjonijiet simili u l-attenzjoni ‘l bogħod mill-front lines u aktar lejn it-taħriġ kienu kollha fatturi li wasslu għal dan ir-riżultat.

Aqra aktar

Send this to a friend