Football – Page 7 – One News

Notifiki

Ikollu jpatti talli qabbad flare f’Ta’ Qali waqt il-logħba Belt-Ħamrun

Jesmark Farrugia, żagħżugħ ta’ 18-il sena mill-Marsa tressaq il-Qorti akkużat li qabbad flare fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali waqt il-partita tas-Sibt ta’ bejn il-Belt u l-Ħamrun.

Wara li għamel dan, deher jaħrab minn fejn kien, fejn saħansitra wara rreżista l-arrest tal-Pulizija.

Iż-żagħżugħ wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrieh, u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom garanzija personali t’għaxart’elef ewro, u li jkun id-dar bejn il-ħdax ta’ filgħaxija u l-ħamsa ta’ filgħodu.

Huwa ġie prjojbit milli jattendi kwalunkwe partita ta’ futbol oħra.

Ċans ta’ kastig għax jilbsu l-poppy!

L-assoċjazzjonijiet tal-football ta’ l-Ingilterra u l-Iskozja huma determinati li jisfidaw lill-FIFA li ma tridx li l-players jinżlu jilgħabu b’faxxa li fuqha jkun hemm stampata l-‘poppy’ meta ż-żewġ timijiet jiltaqgħu fil-11 ta’ Novembru għal-logħba tal-grupp ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja li fih hemm ukoll Malta.
Aqra aktar

Ħamsa interessati għall-viċi-president tal-MFA

Il-postijiet vakanti ta’ segretarju u viċi-president fi ħdan l-MFA qed jiġbdu l-interess ta’ bosta.

L-Argument jirrapporta li Mark Cutajar, magħruf għal snin ta’ ħidma fil-midja, fil-Kumitat Olimpiku Malti u preżentament fi SportMalta, huwa fost il-persuni li jista’ jitfa’ n-nomina tiegħu. Persuna magħrufa oħra huwa n-nutar Cory Greenland.

Dan minbarra l-Avukati Peter Fenech, Matthew Paris u Adrian Camilleri, li lkoll huma wkoll interessati ghall-post li halla vakanti Dr Chris Bonett.

Għadu mhux magħruf jekk Angelo Chetcuti hux se jaċċetta li jkun nominat għal segretarju ġenerali jew inkella jixħet il-kandidatura tiegħu ghal viċi-president.

“L-investigazzjoni għandha ssir fuq Malta” – Il-Federazzjoni tal-futbol tal-Litwanja

Kelliem għall-Federazzjoni tal-football tal-Litwanja qal li “Aħna sirna nafu dwar din il-kwistjoni, ftit jiem qabel il-partita Litwanja kontra Malta, dan wara l-kummenti li għamlet il-Federazzjoni Maltija tal-football.” Dan b’referenza għall-investigazzjoni li qed tagħmel il-FIFA b’rabta ma tixħim fil-logħba Litwanja – Malta, partita ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tad-dinja.
Aqra aktar

L-MFA “assolutament se tiftaħ investigazzjoni” 

Fuq il-programm Pjazza, il-president tal-MFA qal li “saret xi ħaga li kemm ili fil-football qatt ma rajtha”. Dan b’referenza għall-fatt li għaxar minuti qabel ħargu l-players fil-pitch għall-logħba Malta kontra l-Litwanja, daħal delegat fiċ-changing rooms jgħid lill-players li kien informat b’tixħim.

Darmanin Demajo qal “meta smajt b’dan l-inċident irrabjajt ħafna għax m’għandek qatt u qatt tidħol fid dressing room meta l-players iffokati”. Qal li talab rapport lill-UEFA u lill-FIFA, li għandhom żewġ kumpanii differenti li jimmoniterjaw il-logħob.

Il-UEFA diġa’ bagħtet l-analiżi tagħha u kkonkludiet li kien hemm betting li baqa’ sejjer sal-aħħar biex l-iskor baqa’ 2-2. Ir-rapport tal-FIFA għadu ma wasalx, iżda l-MFA se tara l-evidenza u imbagħad, fi kliem id-Dede, “assolutament se niftħu investigazzjoni”.

Dan kollu tista’ tisimgħu lejn l-aħħar ta’ dan il-filmat.

Aqra aktar

Ftehim bejn l-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians u l-Malta Futsal Association

Intlaħaq ftehim bejn l-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians u l-Malta Futsal Association, liema ftehim intlaħaq bl-intervent tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius.

Il-kuntratt ta’ tliet snin li kellha l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futsal mal-istess Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians skada fi tmiem l-aħħar staġun u ż-żewġ partijiet ma kienux qablu sabiex l-istess kuntratt jerġa’ jiġġedded.  Kien għalhekk li l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futsal, anke bl-għajnuna tas-Segretarju Parlamentari Agius u SportMalta, pruvaw isibu faċilità alternattiva, liema tentattivi ma nltaħqux, bl-unika alternattiva jibqa’ l-padiljun tal-Hibernians f’Kordin.

Aqra aktar

Ħabs wara li provaw “jixtru” lil Eboh…eku ta’ Naxxar kontra l-Gżira

Ċertu Ronnie Mackay weħel sena u nofs ħabs fuq każ ta’ fejn ma’ persuna oħra prova jxaħħam plejer biex jilgħab ħażin fil- logħba bejn Naxxar u Gżira, li tmur lura għas-sena 2012.

Dan mhux l-uniku każ ta’ allegat koruzzjoni fil-futbol li fih jissemma Mackay. B’rabta mal-istess każ, ċertu Chris Briffa ingħata sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal tliet snin.

Mix-xhieda fil-qorti rriżulta li Frans Tabone, Integrity Officer mal-Malta Football Association, kien irċieva telefonata mingħand il-President tan-Naxxar Lions Football Club u nfurmah li player tal-club, Sunday Eboh, kien sarlu tentattiv biex jigi korrott.

Aqra aktar

Sar missier għat-tieni darba waqt li kien qed jilgħab għal pajjiżu

Id-difensur tat-tim Malti u captain ta’ Sliema Wanderers Alex Muscat mhux se jinsa’ lbieraħ għal diversi raġunijiet…kellu jkun jum li fih twieled it-tieni tifel tiegħu Max!

 Muscat se jfakkar nhar it-tmienja ta’ Ottubru kull sena minn issa ‘l quddiem – mhux għall-prestazzjoni tat-tim Malti imma b’xi kejk u ċelebrazzjonijiet ta’ għeluq snin iż-żgħir tiegħu.

Aqra aktar

Telfa f’Wembley

F’atmosfera unika b’support bla waqfien mis-supporters Maltin it-tim nazzjonali Malti safa megħlub bl-skor ta’2-0. Fil-ground ta’ Wembley attendew aktar minn 80,000 persuna, b’iktar minn 2,000 minnhom telghu minn Malta. Magħhom ingħaqdu wkoll numru ta’ Maltin li jgħizu l-Ingilterra.Aqra aktar

Send this to a friend