Football – Page 6 – One News

Il-Pulizija tiġbor lil Kopric ta’ Birkirkara

Il-Pulizija ġabret lill-eks goaler ta’ Birkirkara Miroslav Kopric b’rabta ma’ allegati attivitajiet illegali marbuta mal-futbol.

Kien il-President ta’ Birkirkara Adrian Delia li lbieraħ, waqt il-programm l-Argument, żvela li waslet għandu informazzjoni li għadda lill-Pulizija.

Tista’ ssegwi hawn.

Aqra aktar

Iż-Żabbarin se jkollhom pitch aħjar għall-five-a-side

Wara li għal snin twal tħalla fi stat t’abbandun, fix-xhur li ġejjin se jkun qed isir xogħol ta’ ristrutturar fuq il-pitch tal-5 a-side f’Ħaż Żabbar.

Dan grazzi għal fondi li ngħataw lis-St. Patricks’s Football Nursery mill-Iskema għal Proġetti t’Organizzazzjonijiet Volontarji. Il-President tal-istess Nursery Joe Baldacchino tkellem dwar kif b’dawn il-flus, se jingħata wiċċ ġdid lill-grawnd billi jinbidel kompletament il-ħaxix sintetiku.

Aqra aktar

Issa tista’ ssemma’ leħnek dwar il-politika nazzjonali tal-isport

Tnieda dokument ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-politika nazzjonali tal-isport, mill-2017 sal-2027. Dan wara proċess li beda xhur ilu b’għexieren ta’ laqgħat m’għaqdiet sportivi u dawk kollha fis-settur
Id-dokument huwa msejjes fuq tliet pilastri: l-isport u l-edukazzjoni, il-parteċipazzjoni fl-isport u l-industrija sportiva. Kull waħda minn dawn tidħol f’punti u temi li jolqtu kull spettru fil-qasam sportiv.
Dan id-dokument għandu miftuh għall-konsultazzjoni pubblika sal-aħħar ta’ Jannar u s-Segretarju Parlamentari għall-isport Chris Agius ħeġġeġ lil dawk kollha involuti fl-isport, mhux biss professjonisti u għaqdiet sportivi imma anki l-pubbliku ġenerali, biex jgħaddu kummenti u suġġerimenti. 

Ġejjin jinvestigaw il-logħba ta’ Malta

Delegazzjoni mill-FIFA se tasal Malta din il-ġimgħa biex tmexxi ’l quddiem l-investigazzjoni tagħha u takkwista aktar informazzjoni biex tgħaddi għall-fażi li jmiss fl-investigazzjoni dwar il-logħba bejn il-Litwanja u Malta li ntlagħbet f’Ottubru li għadda.

Il-Malta Football Association qalet li qiegħda fil-massimu tagħha tappoġġja u tgħin lill-FIFA fl- investigazzjonijiet dwar imħatri mhux normali fil-partita minn Grupp F ta’ Kwalifikazzjoni tat- Tazza tad-Dinja 2018 li ntlagħbet fil-11 ta’ Ottubru. L-MFA qalet tawgura u tappoġġja lill-investigazzjoni tal-FIFA u se tkompli tassisti fl-aspett loġistiku tal-proċess li mistenni jdum għaddej għal diversi xhur.

Aqra aktar

TWISSIJA TA’ KLIEM OXXEN F’DAN L-ARTIKLU – joffendu lil referee b’ommu li ħalliet din id-dinja

Il-Malta Football Referees Association tkellmet kontra kliem dispreġjattiv u oxxen fil-konfront tar-Referee Malcolm Spiteri, u ommu li tinsab f’dinja aħjar.

L-MFRA ikkundannat minghajr ebda riservi l-kliem dispreġjattiv u oxxen li erba’ persuni kellhom fil-konfront tar-referee Malcolm Spiteri.

Saħansirta fuq Facebook semmiet dawn il-persuni, li huma l-finance manager tat-tim tal-Mosta, il-kit manager, uffiċjal tal-klabb u eks player u supporter.

Aqra aktar

Sar jaf li se jsir missier ġimgħa qabel it-traġedja – kien wieħed mill-ftit li ma mietx millewwel

Il-player Brażiljan Tiago da Rocha Vieira kien wieħed minn dawk li tilfu ħajjithom meta ġġarraf ajuplran bit-tim Chapecoense abbord.

Minkejja li kien wieħed minn dawk li ma tilifx ħajtu mallewwel, huwa miet ftit wara l-isptar.

Dan huwa l-mument meta, ġimgħa ilu biss, Tiago sar jaf li se jsir missier, permezz ta’ nota li bgħatitlu martu.

Familtu stess ippublikat dan il-mument, li tista’ ssegwi hawn isfel.

Aqra aktar

X’qalilna Michael Owen dwar il-fatt li rtira Steven Gerrard

Irtira mill-karriera tiegħu Steven Gerrard tal-Liverpool. Waqt il-programm Pjazza kienu mfakkra l-aktar mumenti memorabbli tiegħu flimkien mal-famużissimu Martin Tyler minn Sky Sports, li minn jaf kemm għajjat isem Gerrard fil-kummentajri tiegħu.

Hawn tista’ tisma’ wkoll il-kumment li bagħat Michael Owen lill-programm Pjazza.

Aqra aktar

Ara l-gowl ta’ Schembri fit-Tazza Portugiża

Għalkemm lil Boavista ma swiehomx wisq għax spiċċaw tilfu l-logħba huwa ta’ sodisfazzjoni għalina naraw lil Andre Schembri jiċċelebra dan il-gowl fit-Tazza Portugiża. Schembri skorja fis-56 minuta biex kiseb id-draw temporanju.

Aqra aktar