Football – Page 5 – One News

Notifiki

“Għall-mitt miljun darba qed ngħamel appell, qabel imut xi ħadd fil-ground”

“Sfortunatament erġajna assistejna għal xi ħaga li ma nkunu rridu qatt nassistu …ilbieraħ waqt logħba tal-kampjonat femminili, din il-persuna għamlet xejn anqas min tmien punti f’wiċċha”.

Hekk kiteb fuq Facebook Antvin Monsigneur, wiċċ familjari max-xena sportiva hawn Malta, b’referenza għal inċident li ġralhal-player Cassie Camilleri.

“Kulħadd jista’ jweġġa’ waqt logħba football” spjega l-ġurnalist sportiv, pero ilmenta dwar in-nuqqas ta’ assistenza medika. Spjega li din il-persuna ittieħdet għall-kura medika permezz ta’ persuna li kienet qeda tara il-logħba, bil-karozza personali tagħha”.

Aqra aktar

Iħossu ħażin waqt logħba tal-United u jmut ftit wara

Huwa minnu li l-logħba tal-bieraħ bejn Manchester United u West Ham kellha tmiem feliċi għall-United, iżda ftit tal-ħin ilu l-istess tim esprima sogħoba għall-fatt li persuna li kienet qed issegwi fil-London Stadium spiċċat tilfet ħajjitha wara li ħassha ħażin.

Permezz ta’ Twitter, it-tim li ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ tnejn b’xejn esprima d-dieqa tiegħu.

Aqra aktar

Guardiola diġà jitkellem fuq “goodbye”

Il-manaġer ta’ Manchester City Pep Guardiola qal li jinsab riesaq lejn l-aħħar tal-karriera tiegħu, u mhux se jkun kowċ ta’ 65.

L-Ispanjol kien imexxi lil Barcelona u Bayern Munich qabel ħa post Manuel Pellegrini tas-City is-sajf li għadda.

“Se nkun ma’ Manchester għat-tliet staġuni li jmiss, forsi aktar” qal Guardiola ta’ 45 sena lill-NBC qabel it-tim tiegħu rebaħ 2-1 kontra Burnley.

Però qal li mhux se jkun hemm sakemm ikollu 60 jew 65. Fi kliemu stess: “I feel the process of my goodbye has already started.”

Timijiet tal-football b’differenza ġejjin Malta għal turnew partikolari

Bejn it-tmienja u t-tnax ta’ Frar, se jkunu hawn Malta timijiet tal-football mill-Iżvizzera u l-Ġermanja.  Se jingħaqdu ma’ timijiet Maltin, biex b’kollox, għaxar timijiet tal-football se jikkompetu f’pajjiżna.

Huma timijiet speċjali, għax il-players kollha għandhom aktar minn erbgħin sena. Uħud mit-timijiet huma rinomati, bħal ngħidu aħna VfR Aalen, Old Boys Basel,  SG Hoechst Classique u t-tim nazzjonali tal-40+ minn Malta.

Se tkun l-ewwel darba li dan l-avveniment qed isir bl-għajnuna tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Aqra aktar

Jekk trid tara membri parlamentari jiġġieldu, għada mur il-grawnd, mhux il-Parlament

Għada l-Ħamis, 29 ta’ Diċembru fil-grawnd ta’ San Alwiġi f’Birkirkara se jsir it-TACKLE 4 DTP – turnew tal-football b’risq id-Dar tal-Providenza.

Fih se jieħdu sehem tmien timijiet magħmula minn Saċerdoti, Politiċi, ħaddiema ta’ Radju RTK, ħaddiema ta’ San Vinċenz De Paule, membri tal-Malta Developers’ Association, tal-Union Ħaddiema Magħqudin, tal-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin u tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu.

Aqra aktar

“Mhix ħaġa tal-iskantament” – il-President ta’ Birkirkara FC

Il-president ta’ Birkirkara F.C. Adrian Delia kompla jitkellem dwar il-każ tal-goalkeeper Miroslav Kopric waqt il-programm L-Argument Ikompli.

Il-Pulizija ġabret lill-eks goaler b’rabta ma’ allegati attivitajiet illegali marbuta mal-futbol. Delia intalab jikkumenta dwar sejre ta’ logħobiet investigati dwar serje ta’ irregolaritajiet b’rabta ma’ betting. Qal li f’dak il-każ tkun naturali  u mhux tal-iskantament li l-Pulizija tinvestiga l-logħob.

Delia qal li jekk il-Pulizija jkun hemm bżonn xi ħaġa minn naħa ta’ Birkikrara FC se jkomplu jikkollaboraw u issa jistgħu biss jistennew biex jaraw x’se jiġri.

Mistoqsi Kopric hux se jitħalla jsiefer bħal ma jagħmlu players oħra barranin għall-Milied, Delia qal li wieħed irid jara x’se jkun l-eżitu tal-investigazzjoni. Tkellem ukoll dwar l-eventwalità li jkun sospiż, kif jitolbu proċeduri meta jkun hemm xi ħadd investigat. Dan sakemm issir investigazzjoni, għalkemm kien mistoqsi wkoll dwar kemm ma kinitx probabbli jiġġeddidlu l-kuntratt.

Aqra aktar

Send this to a friend