Football – Page 4 – One News

Notifiki

Kwartieri ġodda, ikbar u totalment aċċessibbli għall-Juventini Maltin

Il-Juventini Maltin għandhom dar ġdida hekk kif din il-gimgha ġew inawgurati l-kwartieri ġodda tal-Juventus Club Cuore Bianconero, fi Triq Troubridge, fil-Marsa. Il-kwartieri ġodda huma ferm ikbar minn dawk li l-klabb kellu fl-Imrieħel, imma fuq kollox iġibu magħhom aċċessibiltà totali għal dawk bi problema ta’ mobiltà, anzjani jew ġenituri bi tfal żgħar. Hemm ukoll faċilitajiet għal ġenituri bi tfal żgħar bl-għan li kemm jista’ jkun il-kwartieri ġodda tal-klabb iservu wkoll bħala post għall-familja kollha.

Aqra aktar

BECKHAM – Football Leaks jiżvelaw lat li ma konniex nafu dwaru?

Football Leaks huma meqjusa l-ekwivalenti ta’ Wiki Leaks fid-dinja sportiva. L-eks captain tat-tim Ingliż David Beckham laqqatha meta ħarġu serje ta’ emails li allegatament juru li uża x-xogħol tiegħu ta’ karità bħala parti minn kampanja biex jinħatar kavallier.

Rappreżentanti ta’ Beckham ċaħdu dan kollu, u qalu li l-emails ippublikati kienu misruqa u mbgħabsa. Fihom Beckham allegatament isejjaħ bi kliem dispreġjattiv lill-kumitat li jagħti l-unuri, talli għadu m’għamlux Sir David. Hemm ukoll allgeazzjonijiet li Beckham, ambaxxatur tal-Unicef, talab lil din l-organizazzjoni £6,685 għal titjijra business class biex jattendi avveniment fl-Ażja, anke jekk l-isponsors tiegħu provdewlu jet privat.

Football Leaks qalu wkoll li  Beckham irreaġixxa b’rabja meta l-konsulent tiegħu Simon Oliveira ssuġġerixxa li jagħti donazzjoni ta’ miljun dollaru b’ikla tal-Unicef f’Shanghai, għax qal li ma jixtieqx juża mill-flus personali tiegħu.

Jaf se jkollna nibdew naraw l-emblema Ewropea fuq sider il-players…

L-emblema nazzjonali li atleta jilbes fuq sidru tista’ ssarraf f’emozjonijiet kbar, fosthom sens ta’ patrijottiżmu. Iżda issa l-insignia tant famuża, bħal ngħidu aħna t-tliet iljun li jirrappreżenaw l-Ingilterra, jistgħu jinbidlu għal kollox, grazzi għal pjan li qed jinħema fi Brussell.

F’mossa kontroversjali għall-aħħar, qed ikun diskuss li l-bandiera safra u blu tal-Unjoni Ewropea tingħata importanza daqs l-emblema tal-pajjiż fuq il-flokk tal-players.

Permezz ta’ dan il-pjan, nazzjonijiet li qed jikkompetu fl-Olimpjadi u t-Tazza tad-Dinja ikollhom jilbsu emblemi Ewropej b’mod prominenti.

Aqra aktar

JUVENTINI: ġejjin Iuliano u Amoruso!

Il-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975), wara ż-żjarat reċenti ta’ Birindelli, Ferrara, Davids u Trezeguet flimkien ma’ Luciano Moggi, ħabbru ż-żjara ta’ żewġ ex-players oħra għal qalb ħafna Juventini: Mark Iuliano u Nicola Amoruso.

Il-club qal li se jipprovdi aktar dettalji qrib April, meta ż-żewġ ex-players se jkunu hawn Malta. Qalu però li qed jiġu ppjanati attivitajiet fejn ikun hemm opportunitajiet diversi sabiex is-supporters Juventini lokali jiltaqgħu ma’ dawn il-personaġġi.

Aqra aktar

L-MFA diġa ħerqana għaċ-ċittadinanza bil-mertu

Fost l-ewwel assoċjazzjonijiet lokali li tkellmu b’mod pożittiv dwar il-proposta imnedija lbieraħ ta’ ċittadinanza għall-mertu kien hemm l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA. It-tnedija tal-proċess ta’ konsultazzjoni tal-Inizjattiva Ċittadinanza għall-Mertu saret ilbieraħ mill-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici flimkien mas-Segretarju Parlamentari Chris Agius.

Aqra aktar

Ħarġet is-sejħa għall-offerti għall-grawnd ta’ Wied il-Għajn

Fl-aħħar jiem kienet ippubblikata s-sejħa għall-offerti għall-grawnd ta’ Wied il-Għajn. B’hekk il-proġett imħabbar f’Mejju li għadda daħal f’fażi oħra, bil-gazzetta KullĦadd hija mgħarrfa li anke quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar il-proċess mexa b’ritmu tajjeb tant li daħlu wkoll il-pjanti kollha.

Aqra aktar

Mar-Red Devils? Hawn Gary Neville Malta!

L-ex difensur ta’ Manchester United Gary Neville bħalissa jinsab f’Malta, jiltaqa’ mal-partitarji lokali tar-Red Devils.

Mistenni jikxef plakka kommemorativa wara d-donazzjoni li ta, sabiex ikun jista’ jinxtara l-post li fih jiltaqgħu l-partitarji lokali ta’ Manchester United.

Ħajr lil Clinton Buhagiar, preżentatur tal-programm ‘L-Argument’, għal dawn ir-ritratti.

Aqra aktar

Deċiżjoni sorpriża…tirtira Esther Azzopardi

F’deċiżjoni sorpriża, Esther Azzopardi rtirat mill-karriera tar-refeering. Azzopardi, meqjusa bħala waħda mil-aqwa referees f’Malta, kienet anke onorata f’Jum ir-Repubblika li għadda bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.

Hi kienet l-ewwel referee Maltija li kisbet il-‘badge’ tal-FIFA. Kevin Azzopardi, id-Direttur tar-Refereeing, qal li d-deċiżjoni ħaditu b’sorpiża u rringrazjaha tal-kontribut tagħha lill-logħba tal-futbol.

Azzopardi mistennija tkompli tikkontribwixxi f’diversi rwoli ġodda, fosthom bħala referee observer u ambaxxatur għar-referees femminili fi ħdan id-dipartiment tar-referees.

Trasferiment ta’ proprjetà lil Sliema Wanderers

Il-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika approva unanimament riżoluzzjoni dwar trasferiment ta’ proprjetà lil Sliema Wanderers Football Club.

Is-Segretarju Parlamentari għall-iSport, Chris Agius qal li l-club kien qed juża għal għadd ta’ snin jużaw grawnd f’Tigne iżda kellhom joħorġu għax il-proprjetà għaddiet għand il-Midi plc għal żvilupp ta’ Manoel Island u Tigne Point.

Send this to a friend