Football – Page 3 – One News

Notifiki

Ġurnalist intimidat minn membru tal-kumitat ta’ Birkirkara FC, kundanna bla riservi

L-Għaqda Ġurnalisti Sports fi stqarrija qalet li tikkundanna bla riservi l-inċident li seħħ il-Ġimgħa 5 ta’ Mejju fejn ġurnalist tal-isport membru tal-Għ.Ġ.S li kien xogħol fil-Hibernians Stadium f’Kordin ġie intimidat, u mhedded minn membru tal-Kumitat ta’ Birkirkara FC waqt il-logħba mill-Kampjonat BOV Premier bejn l-istess Birkirkara u Floriana FC.

L-istqarrija żżid li l-gravita’ tal-inċident hi inkwetanti aktar u aktar hekk kif l-inċident seħħ fil-VIP Area tal-Hibernians Stadium fejn hemm ukoll il-Press Area li fiha jaħdmu u jkunu l-ġurnalisti.

Aqra aktar

Hibernians Champions tal-Kampjonat Premier!

Bi skor ta’ Hibernians 3-1 St Andrews, il-Hibernians ġew dikjarati Champions tal-Kampjonat Premier Malti għat-12-il darba.

Il-partitarji tal-Hibs kienu qed jistennew din il-partita b’ħerqa kbira u fit-13-il minuta bdew jiċċelebraw hekk kif il-plejer Bjorn Kristensen fetaħ l-iskor.

Aqra aktar

Minn ġirja għall-gost sa proġetti ta’ miljuni

L-Onorevoli Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni u Sport li tant qed jaħdem għall-akbar ġid tal-isport f’pajjiżna, u li kemm ilu Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport, irnexxielu jixpruna diversi istituzzjonijiet sportivi lokali għas-suċess, hekk kif jaħdem id f’id magħhom, waqt li dejjem ikun lest biex jisma’ x-xewqat u t-talbiet tagħhom. Tkellimna miegħu dwar is-settur u r-rabta tiegħu mal-isport. \

Aqra aktar

Aġġornata: kienet logħba tal-youths bejn il-Gżira u s-Swieqi

  • Jirreaġixxu ż-żewġ clubs

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-għaxra neqsin għoxrin, issejħet il-Pulizija fil-grawnd tal-futbol ta’ Triq Valletta, il-Mosta, minħabba li kien hemm xi argument.

Waqt li kienet għaddejja logħba bejn Gżira u Swieqi, qam argument bejn żewġ players avversarji bil-konsegwenza li l-argument eskala u kienu involuti għadd ta’ players oħra.

Aqra aktar

Eks striker ta’ Sunderland jgħidulu li xagħaru “MHUX ETIKU”

L-eks striker ta’ Sunderland Asamoah Gyan huwa wieħed minn grupp ta’ 40 player li qalulhom li għandhom ‘xagħar mhux etiku’. Dan skont il-linji gwida tal-assoċjazzjoni tal-football tal-Emirati Għarab Magħquda.

Il-player ta’ 31 sena mill-Ghana jinsab misluf lit-team Al Ahli.

Din mhix l-ewwel darba li ġrat xi ħaġa hekk. Fl-2012, il-goalkeeper tal-Għarabja Sawdija Waleed Abdullah kellu jirranġa xagħru għax ma kienx ‘Iżlamiku’. Kien ir-referee li qallu jirranġah qabel lagħab għall-Al Shabab. L-isti mohawk totalment mhux aċċettat minn din il-kultura.

Manager ta’ Pembroke akkużat b’korruzzjoni

It-Team Manager tal-klabb tal-futbol ta’ Pembroke tressaq il-Qorti mixli li fl-aħħar ġimgħat prova jxaħħam xi plejers mit-tim tal-Mosta.

Uchenna Anyanwu ta’ tletin sena min-Niġerja ġie akkużat li assoċja ruħu ma’ nies oħra biex jixtri xi plejers mit-tim tal-Mosta, fejn dawn tal-aħħar ġew megħluba minn l-istess Pembroke bl-iskor ta’ ħamsa b’xejn.

In-Niġerjan ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih iżda nżamm taħt arrest preventiv.

Il-Qorti ordnat ukoll rapport dwar l-assi tal-akkużat, anki fid-dawl li għandu oħtu taħdem f’bank fin-Niġerja u l-prosekuzzjoni uriet it-tħassib tagħha li l-akkużat jista’ jittrasferixxi xi flus.

Aqra aktar

L-American University of Malta b’appoġġ kbir lill-isport lokali

Huma diversi l-benefiċċji li ġabet magħha l-American University of Malta f’ pajjiżna, b’mod partikolari għaż-żoni fejn se jkun hemm il-kampus tal-Università.

Iżda iktar ma jgħaddi żmien, iktar qed jiżdiedu dawn il-benefiċċji, bl-iktar waħda riċenti tkun dik ta’ għajnuna finanzjarja lill-klabb ta’ sport lokali għal qalb il-Bormliżi, dak tar-regatta. Tkellimna mal-kaxxier tal-klabb, Clyde Agius.

Aqra aktar

Kontra l-abbużi tat-tfal fil-futbol u fil-Knisja

Andrew Azzopardi huwa Safeguarding Officer tal-MFA u tal-Kurja Arċiveskovili lokali, u jinsab fil-qalba tal-isfida kontra l-abbużi fil-futbol u fil-Knisja lokali. L-għan prinċipali tal-ħidma tiegħu huwa l-protezzjoni tat-tfal u tal-minorenni minn kull tip ta’ abbuż. Il-gazzett KullĦadd tkellmet miegħu dwar iż-żewġ esperjenzi.

Irrakkontalna ftit fuq it-tfulija tiegħek.

Qegħdin ħamsa fid-dar, ħamest itfal u jien iż-żgħir. Kelli tfulija sabiħa, xejn ta’ barra minn hawn. L-ewwel sena nofs ta’ ħajti għextha s-Saudi Arabja għax missieri kien jaħdem hemm. Imbagħad ġejna Malta. Trabbejt is-Swieqi. Dak iż-żmien kien villaġġ żgħir, ma tantx kienu jafu bih. Illum kiber u nbidel ħafna. Għandi memorji sbieħ ħafna ta’ tfuliti. Kont immur skola l-Kulleġġ San Alwiġi.

Aqra aktar

Football, headphones, ġugarelli u taġen spiċċaw ħaduh il-Qorti

Jason Gatt ta’ 37 sena minn Raħal Ġdid tressaq il-qorti akkużat li wettaq disa’ serqiet żgħar minn ħwienet fin-nofsinhar ta’ Malta. Is-serqiet saru bejn l-14 ta’ Diċembru u s-27 ta’ Jannar. Fost l-affarijiet li seraq kien hemm żraben tal-football, headphones ġugarelli u tip ta’ taġen minn ħanut f’Raħal Ġdid.

Aqra aktar

Send this to a friend