Football – Page 13 – One News

Notifiki

MAĦTUF attakkant tal-Olympiakos

Serqu lil Alan Pulido, plejer internazzjonali Messikan.

Pulido għandu 25 sena u kien maħtuf fit-toroq ta’ Ciudad Victoria, il-kapitali tar-reġjun Tamaulipas. Pulido huwa striker u jilgħab għat-tim Grieg Olympiakos, minbarra li lagħab kemm-il darba mat-tim nazzjonali Messikan.

Aqra aktar

Lesti jbattlu l-but għal 90 minuta

 

Il-pjazza ta’ Duomo f’Milan hija  mimlija turisti dilettanti tal-futbol, partikolarment Spanjoli, li llejla jridu jkunu viċin it-tim tagħhom meta jilgħab l-iktar kompetizzjoni importanti fil-futbol Ewropew.

Fi grawnd li jesa’ tmenin elf ruħ il-partitarji ta’ Real Madrid u Atletico Madrid ingħataw ftit iktar minn 30,000 biljett bejniethom u għalhekk mhumiex wieħed u tnejn li l-vjaġġ lejn Milan għamluh mingħajr ebda assigurazzjoni li se jkunu qegħdin jappoġġjaw lill-idoli tagħhom minn San Siro.

Aqra aktar

Malta taqla’ sitta

Il-Logħba ta’ ħbiberija bejn Malta u r-Reppublika Ċeka spiċċat f’ wirja diżappuntanti għat-Tim Nazzjonali Malti hekk kif ħie megħlub bl-iskor ta’ 6-0 mal-finalisti tal-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew l-Euro 2016.

Iċ-Ċeki spiċċaw fil-vantaġġ mall-ewwel kwarta tal-logħba meta l-plejer ta’ Bordeaus Jaroslac Plasil skorja gowl mill-bogħod li laqat ukoll ras il-plejer Bjorn Kristensen qabel spiċċa fix-xibka. Kien biss sitt minuti wara l-ewwel gowl li ċ-Ċeki komplew iżidu l-vantaġġ għal tnejn b’ xejn meta Milan Skoda skurja gowl wara kross ta’ Krejci.

Aqra aktar

Iċ-Champions League f’pajjiżna

It-trofew taċ-Champions League li intrebaħ minn Inter fis-Santiago Bernabeu f’Madrid waqt l-istaġun tal-elfejn u disgħa elfejn u għaxra, se jkun hawn Malta waqt attivita’ li se tkun organizzata minn Inter Club PUPI Zanetti Malta.

L-Interisti Maltin kif ukoll id-dilettanti tal-futbol se jkollhom iċ-ċans jesperjenzaw mill-qrib dan it-trofew ferm ambizzjuż fid-dinja tal-futbol. L-attivitajiet organizzati se jkunu b’risq Fundacion PUPI ta’ Javier Zanetti.

Aqra aktar

Football, volleyball u l-Prim Ministru

Infetħet it-12-il edizzjoni tal-Maratona tal-football u volleyball b’risq Puttinu Cares. Il-maratona qiegħda ssir il-Marsa u se tibqa’ sejra għal sittin siegħa, sa nhar il-Ħadd li ġej.

Se jkun hemm parteċipazzjoni minn studenti ta’ erba’ skejjel sekondarji, bil-għan li jinġabru flus għall-fondazzjoni li tagħti għajnuna lil dawk li jkollhom bżonn trattament għall-kanċer.

Aqra aktar

Gigi fuq Gio u Gio fuq Gigi

Leġġenda fil-grawnd, kif ukoll barra. Il-gowler tal-Italja u Juventus, Gianluigi Buffon, ta sorpriża mill-isbaħ lil partitarju tiegħu li tant iħobbu li saħansitra pinġa lill-idolu tiegħu fuq saqajh.

Aqra aktar

Gary Neville b’bomba għall-partitarji tal-United f’Malta

L-eksdifensur ta’ Manchester United Gary Neville, li bħalissa jinsab fuq btala f’pajjiżna, mistenni jagħti donazzjoni qawwija lil Manchester United Supportes Club (MUSC) ta’ Malta.

Sorsi qrib il-klabb tal-United qalu ma’ one.com.mt li l-ammont tad-donazzjoni mistenni jitħabbar nhar il-Ġimgħa li ġej f’Laqgħa Ġenerali Straordinarja li sejjaħ il-klabb. Matulha se jiġi diskuss u jittieħed vot fuq ix-xiri tal-proprjetà minn fejn jopera bħalissa l-klabb li jinsab fi Triq Quarries Square Street l-Imsida.

Aqra aktar

Send this to a friend