Football | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Ġurnata ta’ sports kontra l-vizzji

Is-Siġġiewi Football Club Youth Nursery flimkien mal-fondazzjoni għall-logħob responsabbli organizzaw jum sportiv fil-grawnd tal-istess klabb.  L-attivitá saret ukoll bl-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari għas-servizzi finanzjarji, ekonomija diġitali u l-innovazzjoni.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Jiġġarraf il-helikopter tas-sid tal-klabb Leicester City

Madwar siegħa wara t-tmiem tal-partita bejn Leicester City u West Ham United iġġarraf il-helikopter ta’ sid l-istess Leicester, Vichai Srivaddhanaprabha. Il-media Ingliża qed tirraporta li l-helicopter iġarraf ftit tal-metri l-bogħod mill-grawnd ta’ Leicester propju fil-parkeġġ tal-impjegati li hemm biswit il-King Power Stadium.

Immedjatament fuq il-post intbagħtu numru kbir ta’ ħaddiema tal-emerġenza li evakwaw il-grawnd u għalqu ż-żona viċin l-inċident filwaqt li pumpiera bdew jippruvaw jitfu n-nirien qawwija li ħakmu lill-helikopter.Aqra aktar

Jitilgħu l-poloz tal-Kampjonati Maltin

Ic-champions tal-Kampjonat Premier Valletta FC ser jibdew id-difiża tat-titlu kontra Sliema Wanderers. Dan sar magħruf illum hekk kif fit-Trophies Launge tal-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali tellgħu l-poloz tal-Kampjonati kollha.

Fl-ewwel ġurnata ser jintlagħbu wkoll dawn il-logħbiet:-

Mosta  vs St. Andrews

Qormi  vs Senglea Athletic

Tarxien R. vs Gzira U.

Birkirkara vs Balzan

Hamrun S. vs Floriana

Il-Kampjonat Premier ser jibda l-Ġimgħa 17 t’Awwissu u jintemm fis-27 t’April.

Il-Kampjonat tal-Ewwel Divizjoni ser jibda fl-14 ta’ Settembru bl-ewwel ġurnata ser tlaqqa’ lil dawn it-timijiet:-

Żebbuġ Rangers vs Zejtun Corinthians
Pembroke Athleta vs Gudja U.
Santa Lucia vs Qrendi
Mqabba vs Vittoriosa Stars
Naxxar Lions vs Lija Athletic
San Gwann vs Swieqi United
Sirens vs Marsa

Il-Kampjonat tat-Tieni Divizjoni ser jibda fil-8 ta’ Settembru fejn fl-ewwel ġurnata ser jkollna dawn il-logħbiet:-

Siġġiewi vs Mellieħa
Marsaxlokk vs Rabat Ajax
Fgura United vs Melita
Żabbar St. Patrick vs Sta. Venera Lightnings
Birzebbuga St. Peter’s vs Luqa St. Andrew’s
Mġarr United vs St. George’s
Kalkara bye

Il-Kampjonat tat-Tielet Diviżjoni ser jibda fil-15 ta’ Settembru b’dawn il-logħbiet:-

Għargħur vs Xghajra Tornados
Ta’ Xbiex vs Mdina Knights
Attard vs Kirkop United
Mtarfa vs Dingli Swallows
Msida St. Joseph vs Marsaskala
Għaxaq vs Żurrieq

Aspettazzjonijiet diversi għat-Tazza tad-Dinja

Bħalissa it-Tazza tad-Dinja tinsab f’fomm kulħadd hekk kif l-aspettazzjonijiet tal-Maltin għal din il-kompetizzjoni huma kbar. Crew ta’ ONE News żar il-pjazza ta’ Raħal Ġdid u hekk kif bħalissa d-dinja mistennija tieqaf għal xahar staqsejna lin-nies jekk humiex se jsegwu l-logħob u dwar it-timijiet favoriti tagħhom.Aqra aktar

Kemm kien il-kumpens li ngħata lil Saintfiet?

Wara li ħarġet l-aħbar li l-eks kowċ tat-tim nazzjonali Malti tal-football Tom Saintfiet kien se jingħata kumpens wara li ġie tterminat il-kuntratt tiegħu, bdew iqumu l-mistoqsijiet fuq kemm hu dan il-kumpens.

Ma’ One News, il-ġurnalist sportiv Antvin Monseigneur spjega kif sorsi qrib l-MFA qalu li waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-istess assoċjazzjoni, intqal li l-kowċ Belġjan tħallas nofs il-paga li kien fadallu jieħu kieku l-kuntratt kien onorat.

Żied jgħi li minn kalkoli approssimattivi, Sainfiet kellu paga ta’ €5,000 fix-xahar, jiġifieri kien diġa tħallas €30,000 wara li dam sitt xhur fil-kariga.

Dan filwaqt li fl-aħħar jiem, huwa tħallas madwar €45,000 biex jitwaqqgħu kwalunkwe passi legali kontra l-istess MFA.

Iċ-ċifra ta’ €45,000 tiġi mill-fatt li huwa kien għad fadallu tmintax-il xahar fil-kuntratt. Nofshom jiġu disa xhur, u €5,000 kull xahar.

Il-ġurnalist sportiv Monseigneur sostna li dan ifisser li Saintfiet sewa lill-klabbs Maltin madwar €75,000. Huwa ddeskriva dan kollu bħala esperiment vanituż, hekk kif l-MFA marret kontra l-pariri biex ma jinħatarx Saintfiet.

Il-kowċ Belġjan tkeċċa wara li ismu deher f’rapport fil-midja internazzjonali li kien wieħed minn diversi persuni li applikaw għal kowċ tat-tim nazzjonali tal-Kamerun.

Min-naħa tiegħu, Saintfiet kien ċaħad li għamel dal-pass.

Il-ġurnalist Monseigneur staqsa jekk il-fatt li l-MFA se tħallas dal-kumpens, l-assoċjazzjoni hux qed taċċetta li t-tkeċċija ma kinitx għal kawża ġusta, għal kuntrarju ta’ dak li kien intqal minn esponenti tal-MFA meta tkeċċa.

Dan għaliex kieku kien hekk, l-MFA ma kienx ikollha għalfejn tħallas kumpens.

Sorsi oħra qalu ma’ One News li l-kuntratt ta’ Saintfiet ma kienx jagħmel referenza fuq jekk jistax japplika ma’ tim ieħor.

SAINTFIET TKARRAB BIEX JIĠI MALTA

  • Il-kowċ tat-tim nazzjonali ilu bl-interess f’pajjiżna

Il-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali Malti, Tom Saintfiet, ilu b’ħarstu fuq pajjiżna diversi snin u mkejjen mix-xena tal-futbol lokali qalulna li l-Belġjan kważi tkarrrab biex isib tim f’pajjiżna. Minn korrispondenza li rat din il-gazzetta jirriżulta li fl-2012 Saintfiet qal li kien lest jiġi Malta u saħansitra kien qal li għalih il-flus mhumiex importanti. L-iktar importanti f’dak l-istadju kien li jiġi pajjiżna.Aqra aktar

Sergio Aguero jweġġa’ f’inċident tat-traffiku

Il-midfielder ta’ Manchester City x’aktarx kiser kustilja wara li kien involut f’inċident tat-traffiku b’taxi ġewwa Amsterdam. Skond rapporti fuq media internazzjonali Aguero jista jdum barra għal xhur sħaħ kawa ta’ dan l-inċident.

Kelliem għal Manchester City qal li t-tobba tal-club qegħdin jevalwaw il-kundizzjoni tal-plejer. L-ewwel impenn ta’ Aguero kien se jkun fil-partita ta għada kontra Chelsea.

Send this to a friend