fondi ewropej – Page 3 – One News

Notifiki

Iktar miljuni wara li żdiedet il-fiduċja f’Malta

Il-prijoritajiet tal-programm ‘Norway Grants’, fondi Ewropej magħrufa bħala fondi Norveġiżi se jkunu:

•             L-iżvilupp lokali
•             It-tnaqqis tal-faqar
•             L-inklużjoni soċjali
•             Impjiegi għaż-żgħażagħ

Qal dan is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia f’konferenza li ġabet fi tmiemu l-programm tal-EEA u n-Norway Grants Financial Mechanism 2009-2014. Il-programm tal-EEA u n-Norway Grants Financial Mechanism ser ikunu ta’ €4.4 miljun u €3.6 miljun rispettivament.

Farrugia irrimarka li l-programmi li ġew fi tmiemhom kienu storja ta’ suċċess, fejn Malta bbenifikat minn programm ta’ €5 miljun.  Dawn il-programmi ġew konklużi fiż-żmien stipulat (April, 2017) u din id-darba n-Norveġja żiedet il-baġit ta’ dan il-programm bi €3 miljun – prova ċara ta’ tal-fiduċja li dawn għandhom fl-awtoritajiet Maltin.

Is-Segretarju Parlamentari żied jgħid li l-Fond taċ-Ċittadini Attivi għall-perjodu 2014 – 2021 ser jammonta għal €700,000. L-għan ta’ dan il-fond huwa li tiġi żviluppata s-sostennibilta’ tas-soċjeta’ ċivili bl-għan li jissaħħaħ l-irwol tagħha fejn jidħlu l-parteċipazzjoni demokratika u d-drittijiet tal-bniedem.

Tliet proġetti f’irħula differenti se jimbuttaw il-patrimonju nazzjonali

Pajjiżna qed ikompli jassorbi aktar fondi ewropej, fil-fatt is-Segretarju Parlamentari Ian Borg qal li l-interess fis-sejħiet ta’ dawn il-fondi kien wieħed tajjeb ħafna f’dawk li huma assi naturali u kulturali.

Is-Segretarju Parlamentari spjega li nħarġet is-sejħa għal għaqdiet mhux governattivi u Kunsilli Lokali. Sejħa li għaliha diġà saru 21 applikazzjoni u li minnhom €20 miljun jinkludu proġetti ta’ interess nazzjonali fosthom il-proġett ta’ restawr tal-Pro-Katidral tal-Anglikani fil-Belt Valletta. Proġett ta’ €1,100,000 minn Fondi Ewropej bl-għan li dan il-pro-katidral jattira aktar turisti.

Proġetti oħra jinkludu dak tal-Kunsill Lokali tal-Imtarfa li għalih se jiġu allokati €600,000 biex jiġi restawrat l-arloġġ tal-Imtarfa. Filwaqt, li f’Ħal Qormi, l-kamra tan-nar ta’ San Ġorġ daħlet l-applikazzjoni biex tkun tista’ taħdem il-piroteknika u tagħmel workshops għat-turisti biex tkun jistgħu jitgħallmu aktar dwar dan il-proċess.

Ian Borg qal li dan kollu jikkontribwixxi għall-prodott turistiku Malti.

“Il-Gvern Laburista għandu jingħata mandat ieħor biex imexxi l-pajjiż”

L-ex Prim Ministru u Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal illum li l-Gvern Laburista għandu jingħata mandat ieħor biex imexxi l-pajjiż. Dr Sant qal li kemm ilu jsegwi l-politika f’Malta rari kellna r-rankatura ekonomika ta’ issa. L-MPE Malti qal li dejjem qies li biex Malta jirnexxielha tagħmel bidliet mill-qiegħ fit-tmexxija ekonomika u soċjali tagħha, jeħtiġilha tlaħħaq tkabbir reali sostnut ta’ bejn 3 u 5 fil-mija fis-sena. Fl-aħħar snin, hekk ġara. Fis-snin li ġejjin, dar-ritmu jrid jitkompla, sostna Dr Sant.

“Naturali li f’kampanja elettorali, il-mistoqsija kbira f’moħħ kulħadd tkun dwar min se jerbaħ. Fil-kampanja tal-lum, il-konvinzjoni tiegħi hi li l-gvern Laburista għandu jingħata mandat ieħor biex imexxi. Biss mistoqsija importanti hi: x’se jiġri wara tmiem il-kampanja elettorali meta jiġi fformat gvern ġdid? Se jkun baqa’ l-aħħar tliet ġimgħat tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea. Malajr jgħaddu. Wara tibqa’ l-isfida ta’ kif ir-rankatura ekonomika se tiġi sostnuta. Kemm ili insegwi l-iżviluppi ekonomiċi f’pajjiżna, u issa lanqas nitħajjar ngħodd is-snin li għaddew fuq hekk, rari kellna r-rankatura ta’ issa.” qal Sant.

Aqra aktar

Investiment ta’ €14-il miljun fil-housing u l-enerġija

Erbatax-il miljun ewro ta’ fondi Ewropej se jiġu investiti fil-qasam tal-housing u l-enerġija.

Is-Segretarju Parlamentari għall-fondi Ewropej Ian Borg spjega li €10 miljun tal-ammont imsemmi se tkun qed tibbenefika minnhom l-Awtorità tad-djar li se tkun qed tinvestihom f’xogħol ta’ manutenzjoni fuq djar tal-housing, bil-ħsieb li jiġu modernizzati, fost oħrajn bl-installazzjoni ta’ lifts.

Aqra aktar

“Gvern Laburista salva għexieren ta’ postijiet minn qerda”

Il-Ministru Owen Bonnici, elenka fil-Parlament lista ta’ postijiet li fuqhom qed isir xogħol biex jiġu protetti.

Huwa kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni wara stqarrija li saret mill-Ministru Edward Zammit Lewis u l-Ministru Josè Herrera dwar it-telfien tat-tieqa tad-Dwejra.

Il-Ministru Bonnici qal li l-ġrajja tal-bieraħ kienet waħda ta’ dieqa fejn in-natura ħadet lura dak li ħolqot hi stess.

Huwa qal li t-tieqa tad-Dwejra kienet sit naturali iżda Malta u Għawdex huma mżejna b’diversi siti ta’ valur inestimabbli, fosthom l-aktar tempji antiki fid-dinja u li għandna dover li nieħdu ħsiebhom.

Aqra aktar

Ma ntilifx ċenteżmu ta’ fondi Ewropej

Pajjiżna assorba mija fil-mija s-somma ta’ €987 miljun f’fondi Ewropej li kienu allokati għall-perjodu 2007 u 2013. Sal-bidu tal-2013, kienu assorbiti biss 30% ta’ dawn il-fondi filwaqt li 70% tagħhom ġew assorbiti fl-aħħar erba’ snin, jiġifieri kemm ilu Gvern Laburista.

Aqra aktar

Send this to a friend