fondi ewropej – Page 2 – One News

Notifiki

€11-il miljun investiment f’taħriġ vokazzjonali minn erba’ entitajiet differenti

€11-il miljun f’Fondi Ewropej se jkunu investiti f’erba’ proġetti ta’ taħriġ vokazzjonali f’setturi differenti. Dan hekk kif il-fondi se jitqassmu bejn l-MCAST, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, il-Ministeru għas-saħħa u l-Malta Film Commission, biex ikunu jistgħu jagħtu taħriġ vokazzjonali lill-ħaddiema fis-setturi rispettivi tagħhom.Aqra aktar

€47 miljun minn Fondi Ewropej għal inklużjoni ta’ persuni vulnerabbli fid-dinja tax-xogħol

L-Aġenżija Jobs Plus qed tibbenefika minn total ta’ €47 miljun minn Fondi Ewropej taħt il-programm Soċjali Ewropew 2014-2021 sabiex dawk inattivi u vulnerabbli jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għal Fondi Ewropej u d-Djalogu Soċjali Aaron Farruġa fil-Parlament waqt aġġornament fuq l-Aġenzija Jobs Plus.

Aqra aktar

ARA: Se jittranġaw 61 triq rurali f’Malta u Għawdex

61 triq rurali f’Malta u Għawdex se jittranġaw. Toroq li huma f’20 lokalità differenti.

Dan b’investimemt ta’ 11-il miljun ewro minn fondi Ewropej.

Waħda mit-triq li se tittranġa hija Triq Burmarad fin-Naxxar. Dan tħabbar mis-segretarju parlamentari għall-fondi ewropej Aaron Farrugia u s-segretarju parlamentari għall-biedja Clint Camilleri.

B’hekk elf bidwi u raħħal se jkollhom infrasstrutura aħjar u se jkunu jistgħu jaċċessaw ir-razzett jew għalqa tagħhom b’ mod aktar aċċessibli.

Send this to a friend