flyover | One News

Notifiki

ARA: Jittellgħu l-ewwel kolonni li se jżommu l-ewwel flyover tal-Junction tal-Marsa

Bdew jittellgħu l-ewwel żewġ kolonni tal-proġett tal-Junction tal-Marsa. Dan huwa l-akbar proġett infrastrutturali li qatt ra pajjiżna, li mistenni jħalli mal-€1,200 fil-bwiet tas-sewwieqa. B’kollox 14-il kolonna li se jżommu l-ewwel flyover tal-proġett tal-Junction, bejn Triq Garibaldi u Triq Aldo Moro fil-Marsa. Ix-xogħol tal-pjattaformi kbar taħt l-art li fuqhom se jserrħu l-kolonni l-oħra jinsab fi stadju avvanzat. Ħafna minnhom jinsabu kważi lesti biex fil-ġimgħat li ġejjin jinbnew il-kolonni fuqhom ukoll.

F’din il-fażi ta’ dan l-ikbar proġett infrastrutturali li qatt ra pajjiżna qegħdin jitpoġġew fil-pedamenti tal-pjattaformi mijiet ta’ tunnellati ta’ ħadid li se sservi ta’ ġenb biex fuqha tistrieħ l-ewwel parti tal-flyover hekk kif tinqata’ mill-art. Il-ħadid se jinkesa bil-konkos sabiex fuqu jkunu jistgħu jitqiegħdu l-kolonni li se jerfgħu il-flyover.Aqra aktar

Ser jinbena l-aħħar ħajt mal-ġenb tal-flyover tal-Kappara

Transport Malta ser tibni l-aħħar ħajt mal-ġenb tal-flyover tal-Kappara minn għada filgħodu.

Għal raġunijiet ta’ sigurta’, l-Awtorita’ ser timmodifika l-immaniġjar tat-traffiku fi Triq Reġjonali direzzjoni lejn San Ġiljan.  Hawnhekk, it-traffiku lejn San Ġiljan ser jgħaddi minn karreġġjata waħda.  It-traffiku minn Triq Bella Vista San Ġwann ser jgħaddi minn Triq il-Ħuttaf il-Kappara.  It-trakkijiet u vetturi kbar ser jgħaddu minn Triq Birkirkara San Ġwann.

Aqra aktar

Il-proġett tal-Kappara jitlesta f’Ottubru 2017

Il-proġett tal-Kappara, b’investiment ta’ iktar minn tnejn u għoxrin miljun ewro, se jwassal biex il-konġestjoni mar-roundabut tal-Kappara tonqos b’ħamsin fil-mija.

F’laqgħa teknika, iċ-chairman ta’ Transport Malta James Piscopo qal li dan il-proġett ifisser investiment fil-kapaċita’ tan-netwerk, u irrimarka li l-aħħar investiment simili kien dak li sar fil-mini ta’ Santa Venera għoxrin sena ilu.

Aqra aktar

Send this to a friend