florida – One News

Notifiki

Iwaqqfu l-lezzjonijiet biex ifakkru l-vittmi

 

Studenti u ħaddiema tal-iskejjel fl-Istati Uniti se jfakkru l-isparatura fl-iskola fi Florida billi joħorġu barra, eżattament xahar mindu seħħet it-traġedja.

Huma se jwaqqfu l-lezzjonijiet għal sbatax-il minuta biex titfakkar il-memorja ta’ sbatax-il persuna li mietu f’Marjory Stoneman Douglas High School.

Eks student tal-iskola jinsab akkużat bil-qtil.

L-organizzaturi tal-protesta qed jakkużaw lill-Kungress li fallew milli jieħdu ħsieb il-vjolenza bl-armi kif suppost.

Kontroll tal-armi fi Florida

Miżuri ġodda ta’ kontroll fuq l-armi fi Florida għaddew minn ostaklu legali ieħor, ġimgħat wara waħda mill-agħar sparaturi fl-istorja tal-Istati Uniti.

Il-Kamra tar-Rappreżentanti tal-istat approvat abbozz li jgħolli l-eta biex tixtri pistola minn tmintax għal wieħed u għoxrin sena u jkun hem perjodu ta’ tlett ijiem fuq il-bejgħ tal-pistoli.

L-abbozz, li diġa għadda mis-Senat, issa se jmur għand il-Gvernatur tal-Istat. Sbatax-il persuna nqatlu f’Marjory Stoneman Douglas High School f’Parkland fi Florida fl-erbatax ta’ Frar.

Minn dakinhar ‘l hawn, ħafna studenti li salvaw qed jappellaw lil politiċi għal iktar kontrolli.

Terġa’ tinfetaħ l-iskola ta’ Florida wara l-isparaturi li ħallew 17-il student mejta

L-iskola fi Florida fiċ-ċentru ta’ wieħed mill-agħar sparaturi fl-Istati Uniti qed terga tiftaħ, ġimgħatejn wara li eks student qatel sbatax-il persuna. Studenti u għalliema qed jippreparaw għal ritorn emozzjonanti lejn Marjory Stoneman Douglas High School f’Parkland.

Gwardjani armati kienu preżenti u konsulenti kienu fuq il-post sabiex jgħinu lil dawk li kienu qed jirritornaw lejn l-iskola.

Fl-istess waqt, leġiżlaturi ta’ Florida pproponew li tgħola l-eta legali minn tmintax għal wieħed u għoxrin sena biex tixtri arma, filwaqt li l-pulizija jkollhom iktar kontroll biex jissekwestraw armi li jkunu għand persuni morda mentalment.

Uffiċjal armat kien fuq barra tal-iskola waqt l-attakk fi Florida

L-uffiċjal tal-iskola li kien armat, ġie mlaqqam beżżiegħ mill-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, waqt li ddefenda l-azzjonijiet tiegħu waqt l-attakk li seħħ fl-iskola ta’ Marjory Stoneman Douglas.

Scot Peterson kien fuq barra tal-iskola meta agressur qatel sbatax-il persuna iżda ma daħalx fuq ġewwa meta waqfu l-isparaturi. L-avukat tiegħu, Joseph DiRuzzo, qal li l-klijent tiegħu emmen li l-isparaturi kienu ġejjin minn barra l-iskola.

DiRuzzo qal li mhux veru li Peterson kien beżżiegħ fil-jum tal-attakk.

Bil-Filmati: Jekk timpressjona ruħek tarax dan il-filmat…Sparaturi fi Florida

Dan huwa l-mument li fih instemghu l-isparaturi. Student saħansitra tefa’ filmat fuq instagram.

Inħoloq profil fuq instagram saħansitra biex juri r-realtà li spiss qed tirrepeti ruħha.

Is-Senatur Chris Murphy kellu kliem iebes għal mod kif fl-Istati Uniti biss jiġru dawn l-affarijiet ġo skejjel. Talab li tittieħed azzjoni mmedjata biex ma jerġax jiġri l-istess.

This epidemic action happens only in the United States

Send this to a friend