Floriana – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Nifs ġdid għall-ewwel playing field f’Malta

“Fond li qed iwassal benefiċċji kbar lill-komunitajiet Maltin u Għawdxin”, ħabbar il-Ministru Ian Borg fl-okkażjoni tal-iffirmar ta’ ftehim bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Kunsill Lokali tal-Furjana. Dan il-ftehim se jwassal biex tingħata ħajja ġdida lil Ġnien ir-Re Ġorġ V permezz ta’ madwar €400,000 mid-Development Planning Fund tal-istess kunsill lokali.
Aqra aktar

ARA: Clean UP fil-Floriana

Il-lokal tal-Floriana llum ingħaqad għal jum ta’ tindif. L-avveniment “Żomm l-Indafa fil-Floriana” se tkun qed issir bejn it-08:30 u s-13:00, hekk kif dan il-lokal jospita numru ta’ organizzazzjonijiet, negozji, u ambaxxati ewlenin.

Aqra aktar

Midfielder mis-Slovenja jiffirma ma’ Floriana FC

Floriana FC ħabbru l-akkwist tal-midfielder Sloven Ivica Guberac.  Guberac għandu 31 sena b’esperjenza fost l-oħrajn ma’ Cagliari FC fl-Italja u Aris Limassol f’Cipru.

Il-pożizzjoni preferita tal-plejer hija dik ta’ midfielder irtitrat għalkemm ġieli lagħab ukoll fil-pożizzjoni ta’ difernsur laterali.

Guberac huwa l-ħames akkwist s’issa tal-president ta’ Floriana Ricardo Gaucci.

Aqra aktar

Jason Derulo, Hailee Steinfeld u Sigala għal fuq il-Fosos

Jason Derulo, Hailee Steinfeld u Sigala flimkien ma’ Paloma Faith u Ella Eyre u Dimitri Vegas & Like Mike huma l-artisti li din is-sena ser jimlew il-palk tal-Isle of MTV ta’ din is-sena.

Għat-tnax il-sena konsekuttiva, dawn l-artisti ser jingħaqdu ma’ għadd ta’ artisti lokali fuq il-Fosos fil-Furjana biex jittella dak li llum ġie stabbilit bħala wieħed mill-akbar kunċerti mużikali offruti b’xejn fl-Ewropa matul is-sajf.Aqra aktar

Kont taf li Bieb il-Bombi…

Porte des Bombes bil-Malti magħruf bħala Bieb il-Bombi, oriġinarjament kien imsejjaħ Porta dei Cannoni.

Dan huwa bieb ornamentali fil-Foriana, f’forma ta’ żewġ arkati.

Oriġinarjament inbena fl-1721 bħala bieb qabel il-linji difensivi tal-Floriana, li mbagħad kien imkabbar bil-bini tat-tieni  fl-1868.

Ritratt: Bieb il-Bombi qabel u llum

Maż-żmien ġew imwaqqa l-ġnub tal-bieb, u tħallew iż-żewġ arkati li naraw illum bħala ark trijonfali; l-iskop għaliex sar kien biex ifakkar rebħiet tal-kavallieri.

Punt interessanti huma l-bombi li nsibu fit-truf li ftit forsi jindunaw bihom; propju minħabba fihom sal-lum għadu magħruf bħala Bieb il-Bombi.

Arrestat raġel suspettat fl-attentat ta’ qtil tal-Floriana

Għadu kif ġie arrestat raġel li probabbli kien wieħed mis-suspettati fl-attentat tal-qtil fil-Floriana l-ġimgħa l-oħra.

jidher li persuni nfurmaw lill-pulizija li r-raġel deher f’ħanut f’Naxxar Road, f’Santa Venera fil-ħin tat-15.30.

il-każ imur lura għall-ħamis li għadda, meta Tuneżin ta’ 31 sena nstab f’għadira dejjem fi Triq il-Miratur fil-Floriana.

Ara wkoll:

http://www.one.com.mt/news/2018/01/25/ragel-jinstab-mitluf-minn-sensih-bdaqqiet-ta-sikkina-fil-floriana-6/

Jitnieda jum ta’ tindif fil-Furjana

Il-jum ta’ tindif fil-Furjana kienet opportunità biex ir-residenti jagħtu sehemhom għal lokalità iktar nadifa u xierqa. Dan sar ferm iktar kruċjali hekk kif fl-aħħar snin il-Furjana kibret u saret iktar bieżla.

Aqra aktar

Send this to a friend