fjuwil – One News

L-Enemed tiċħad li intimidat lis-sidien tal-pompi tal-fjuwil

Fi stqarrija l-kumpanija Enemed wieġbet għad-dikjarazzjonijiet tal-GRTU li saru illeja fil-konfront tagħha u ta’ l-uffiċjali tagħha, marbuta mad-direttivi li ħarget l-istess GRTU lill-pompi tal-fjuwil.

L-Enemed qed tiċħad katergorikament l-allegazzjoni illi b’ xi mod hija intimidat lis-sidien tal-pompi tal-fjuwil li kienu ser jobdu d-direttivi tal-GRTU.

Il-kumpannija Enemed sostniet li tikkundanna t-tentattiv tal-GRTU li falsament tinsinwa għal skopijiet ulterjuri.

Enemed innutat illi tnax-il pompa tal-fjuwil fetħu normalment minkejja id-direttiva tal-GRTU u l-Enemed qed tiddikjara illi hija ser tiehu l-passi kollha meħtiega sabiex tipprotegi lill-pompi tagħha u tkompli tagħti s-servizz kontinwu lill-klijenti.

Jinżamm arrestat wara ħames serqiet ta’ fjuwil mill-Marsa

Antoine Ellul ta’ tlieta għoxrin sena nzamm arrestat wara li fil-qorti tressaq mixli b’serq ta’ fjuwil minn pompa tal-Petrol fil-Marsa.

Ellul li ma jahdimx gie arrestat tard l-Erbgħa filgħaxija meta nqabbad filfatt mill-Pulizjia ipprova jisraq il-fuel minn din il-pompa fi triq Aldo Moro bħal ma kien għamel għal ħames darbiet oħra tul l-aħħar ħdax il-jum.Aqra aktar

Prezzijiet tal-fuel orħos mill-medja Ewropea

  • Wegħda oħra ta’ Busuttil li ilha li twettqet
  • Bil-politika tal-gvern gawda l-konsumatur

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, reġa’ żbalja dwar il-prezzijiet tal-fuel ukoll. Fl-aħħar jiem wiegħed li jekk jirbaħ l-elezzjoni ġenerali jniżżel il-prezzijiet tal-fuel taħt il-medja Ewropea. Iżda, l-prezzijiet tal-fuel ilhom taħt il-medja Ewropea għal żmien twil.

Aqra aktar

Ħu ħsieb jekk se tgħaddi minn Sa Maison!

F’messaġġ fuq Facebook, il-Pulizija qed twissi lis-sewwieqa, b’mod partikolari dawk li jsuqu l-muturi, biex jieħdu ħsieb jekk se jaqbdu r-rotta ta’ Sa Maison li tagħti għar-‘roundabout’ direzzjoni Furjana.

Dan minħabba li fl-istess post hemm tixrid ta’ fjuwil u jaf ikun perikoluż għal min ikun qed isuq.

Aqra aktar

Send this to a friend