fjuri – One News

Notifiki

Il-PL jsellem il-memorja ta’ Karin Grech

Il-Partit Laburista llejla fakkar il-41 sena mill-qtil ta’ Karin Grech b’ċerimonja ta’ tqegħid ta’ kuruni ta’ fjuri fuq il-monument tagħha f’San Ġwann. F’diskors kommemorattiv, id-Deputat Prim Ministu Chris Fearne qal li 41 sena ilu, il-poplu nħasad b’dan il-qtil politiku.

Qal li l-politika qiegħda hemm biex nagħmlu l-ġid, iżda sfortunament jeżistu ċirkostanzi fejn il-politika ġġib il-mibegħda bħal dan il-każ.Aqra aktar

ARA: Malta tfakkar il-100 sena minn tmiem l-Ewwel Gwerra Dinjija

Fil-100 sena mit-tmiem tal-Ewwel Gwerra Dinjija ġew imfakkra l-vittmi li tilfu ħajjiethom fiż-żewġ gwerer dinjija.

Jum li jiġi ċċelebrat mill-pajjiżi kollha tal-Commonwealth inkluż f’Malta, li kellha rwol daqstant importanti għal eluf ta’ suldati midruba.  Dan hekk kif bil-qagħda ġeografika ta’ pajjiżna, Malta kienet u ħa tibqa magħrufa bħala l-Infermiera tal-Mediterran.Aqra aktar

Il-PM isellem il-memorja tal-vittmi tal-Gwerer Dinjija

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sellem il-memorja tal-eluf ta’ vittmi taż-żewġ Gwerer Dinjija f’Jum it-Tifkira. Il-Prim Ministru flimkien ma’ wħud mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż poġġew girlanda ta’ fjuri marbuta ma’ dan il-jum biswit il-monument tal-Gwerra fil-Floriana. Aqra aktar

Ineħħu isem Delia mill-kuruna li poġġa quddiem tifkira ta’ DCG

Girlanda tal-fjuri li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia mar iqiegħed quddiem tifkira tal-blogger Daphne Caruana Galizia fil-Belt, kompliet toħroġ fil-beraħ il-qasma bejn il-fazzjoni ta’ Delia u l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.

Dan wara li grupp mill-fazzjoni ta’ Busuttil warrab fil-ġenb il-girlanda li Delia poġġa quddiem it-tifkira li għamlulha f’għeluq is-sena mill-qtil tagħha fil-Belt.

Saħansitra għattew il-kliem “Kap tal-Oppożizzjoni” minn mal-girlanda bl-aħħar messaġġ tal-blogger li fil-mira tiegħu kien hemm ukoll il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Aqra aktar

FILMAT: Ġmiel in-natura wara l-maltemp

L-għodwa tal-Ħadd bdiet b’temp griż u ħalbiet tax-xita fejn kollox kien jindika li maltempta kienet se tgħaddi minn fuq pajjiżna.

Iżda kif jgħid il-Malti, wara l-maltemp jitfaċċa l-bnazzi, u għalhekk n-natura ħarġet l-isbaħ element tagħha.

Aqra aktar

Fjuri madwar il-wiċċ ta’ Kristu fl-Imsida

Għadd ta’ fjuri kkuluriti magħmulin mill-karti tpoġġew b’tali mod li ġie ffurmat disinn sabiħ madwar wiċċ ta’ Kristu Redentur.

Din l-opra artistika saret fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Ġużepp fl-Imsida.

Din saret mill-Kummissjoni Armar u Proġetti fi ħdan l-Għaqda Melita, Banda San Ġużepp. Id-disinn juri l-bust tal-Ecce Homo.

Ċisterni taħt l-art taħt il-Palazz tal-Ariċiqof…meta u għaliex se jinfetħu

Ċisterni li jinsabu taħt il-Palazz tal-Arċisqof se jinfetħu waqt il-Valletta Green Festival li se jsir mill-25 sat-30 ta’ April.

L-għerien ta’ taħt l-art fihom ilma ġieri li ilu għaddej minn qabel ma nbniet il-Belt Valletta u għadu jiġri sal-lum.

Iċ-ċisterni, flimkien mal-ġnien tal-Palazz tal-Arċisqof u l-ġnien tal-Monsateru ta’ Santa Katerina, se jkunu miftuħin fi tmiem il-ġimgħa tal-festival, mit-28 sat-30 ta’ April, bejn id-9am u nofsinhar u bejn l-4pm u s-7pm.

80,000 fjura jirritornaw fi Pjazza San Ġorġ

April jagħmel il-fjuri u Mejju jieħu l-unuri. Bejn il-25 u t-30 t’April, Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta se tkun qed tingħata dehera ġdida permezz ta’ tapit ta’ fjuri magħmul minn 80,000 pjanta.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata fost oħrajn miċ-chairman tal-Valletta 2018, ingħataw dettalji dwar dan il-festival. L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Valletta Green Festival se tkun qed tagħti aktar kulur lill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

L-attrazzjoni prinċipali tas-sena l-oħra kienet “il-ġonna sigrieta fil-Palazz tal-Arċisqof u l-monasteru tal-klawsura ta’ Santa Katarina, li kienu miftuħa għall-pubbliku għall-ewwel darba f’400 sena.

Apparti minn hekk, l-edizzjonijiet passati tal-Valletta Green Festival taw kulur lill-Pjazza San Ġorġ permezz ta’ installazzjoni kbira magħmula minn fjuri.

Il-proħett hu kollaborazzjoni ta’ Valletta 2018 flimkien mal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, id-Dipartiment li jiżviluppa u jħares żoni ta’ rikreazzjoni, bħala parti mill-kampanja ta’ Tree 4 U u kif ukoll WasteServ Malta Ltd.

Send this to a friend