Fitch – One News

Notifiki

L-aġenziji qed jirriflettu dak li jgħixu n-nies

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, qal li r-rapporti tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma riflessjoni ta’ dak li qed jgħixu n-nies. F’intervista li se tixxandar il-Ħadd filgħodu l-Prim Ministru ddikjara: “Għalija l-iktar ħaġa importanti n-nies.”

Aqra aktar

Il-PM jikkummenta kif tneħħiet iż-żieda fil-faqar ta’ żmien il-PN

Iddeskriva t-tnaqqis fil-faqar bħala punt importanti ħafna. “Il-ġid mhux biżżejjed toħolqu imma int trid tqassmu,” qal Joseph Muscat li fisser kif ix-xogħol tal-istat hu li jaħseb fiż-żgħir mid-dħul li għamel hu. Spjega kif bejn l-2008 u l-2013 kien hemm żieda ta’ 18,000 f’dawk f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali u dawn niżlu b’16,000 fl-aħħar ħames snin.

Aqra aktar

Wara l-Moody’s, issa anke Fitch Ratings ifaħħru s-surplus

Wara li l-aġenzija tal-credit rating Moody’s, kitbet artiklu biex tfaħħar is-surplus miksub minn pajjiżna, kien imiss lill-aġenzija Fitch. F’artiklu għall-eluf ta’ klijenti tagħha, Fitch Ratings isostnu li “Malta’s budget surplus underscores fiscal progress”.

Filwaqt li l-Opposizzjoni tipprova tagħti l-impressjoni li s-surplus huwa fażull, l-esperti tal-Fitch jgħidu li “the 2016 surplus continues the fiscal improvement seen in recent years, which has been driven by robust economic growth”. Barra minn hekk isostnu li l-miżuri li ħa l-Gvern sejrin iwasslu għal “positive fiscal adjustment in 2017-18”. Fost l-ohrajn il-Fitch issemmu li “several pension reforms have been passed” u li l-garanziji li ta l-Gvern fil-passat lil kumpaniji tiegħu, bħall-Enemalta, mistennija jonqsu sostanzjalment.

L-artiklu ta’ Fitch jikkonkludi billi jgħid li “the public debt/GDP ratio is on a downward trajectory” u li “economic growth will keep outperforming similarly-rated peers”. Dan huwa ċertifikat tat-tmexxija ekonomika bil-għaqal li pajjiżna kellu f’dawn l-aħħar snin.

Reviżjoni fir-rating tal-BOV

Filwaqt li rrevediet ir-rating tagħha tal-BOV, il-Fitch Ratings għażlet li tassenja l-ogħla miż-żewġ livelli fir-rating “BBB”. Tant li r-rapport isostni li “BOV’s short term rating, which has been assigned at the higher of the two options available for banks rated ‘BBB’, continues to reflect its robust funding and liquidity”.

Fi stqarrija l-Gvern osserva li Fitch Ratings innotat li l-assi tal-BOV kibru bi 8% fl-ewwel nofs tas-sena. Barra minn hekk l-esperti ta’ Fitch sostnew li “BOV’s profitability benefits from sound core revenues generated from its commercial business activities, good operating efficiency and contained loan impairment charges”. Dan ifisser li bl-ebda mod l-esperti ta’ Fitch ma huma qed ipoġġu xi dubji fuq l-istabbilita’ tal-Bank jew il-profitabbilita’ tiegħu. Filfatt minkejja li kien downgraded fl-2011, il-BOV f’dawn l-aħħar snin kompla jikber u jaqla aktar.

Min-naħa l-oħra bidliet fil-qafas regolatorju qed iwasslu għal bżonn biex banek importanti bħall-BOV jiġu mitluba li jkollhom kapital ogħla, speċjalment f’forma ta’ ishma ġodda. Dan l-aktar minħabba l-fatt li regoli tal-UE li ddaħħlu fi snin riċenti. Dawn ir-regoli kienu waslu biex sena ilu, Fitch Ratings kienet tat downgrade lil terz tal-Bank Ewropej.

Aqra aktar

Sensiela ta’ rapporti favur Malta

Ir-Rapport tal-aġenzija Fitch jinsab fuq fomm kulħadd hekk kif iddikkjaraw li l-ekonomija lokali m’għadiex biss stabbli, imma ukoll pożittiv. Dan huwa l-iktar rapport riċenti minn  sensiela li lkoll innutaw kif l-istrateġija ekonomika attwali qed tħalli frott li qed igawdi minnu l-poplu.

Aqra aktar

Wara Fitch… il-Prim Ministru jitkellem dwar punt ta’ tluq

B’reazzjoni għar-rapport ta’ Fitch il-Prim Ministru, Joseph Muscat, qal li għal li ġej jara sitwazzjoni fejn l-ekonomija tkompi tikber, fejn il-ġid ikompli jitkattar u jitqassam aħjar fost kulħadd.

“Il-messaġġ tagħna huwa li fadal ħafna xi jsir. Is-suċċess li ksibna mhuwiex il-punt tal-wasla, imma l-punt tat-tluq għal suċċessi ferm ikbar.”Aqra aktar

Send this to a friend