B’referenza għan-numru ta’ siti qarrieqa li qegħdin jinxterdu fuq il-mezzi soċjali, il-Ministeru għall-Finanzi javża lill-pubbliku sabiex jinjorahom.Aqra aktar

B’referenza għan-numru ta’ siti qarrieqa li qegħdin jinxterdu fuq il-mezzi soċjali, il-Ministeru għall-Finanzi javża lill-pubbliku sabiex jinjorahom.Aqra aktar
Il-fatt li għall-ewwel darba l-investituri ta’ ċertu kalibru xtraw stocks tal-Gvern b’rendiment negattiv għalihom tfisser ħafna. Aqra aktar
Il-Ministeru għall-Finanzi mmexxi mill-Ministru Edward Scicluna jilqa’ b’sodisfazzjon ir-riżultati ppublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li juru biċ-ċar li fl-ewwel nofs ta’ din is-sena, id-dħul fil-finanzi tal-istat kompla jikber u jiġġenera ruħu.Aqra aktar
Hu fatt magħruf li l-ekonomija Maltija qed tikber b’livelli rekord. Hu proprju għalhekk li l-ispiża tal-gvern kibret peress li din is-sena qed jidħlu l-miżuri mħabbra fl-aħħar baġit kif ukoll iż-żidiet fil-pagi tal-ħaddiema tal-gvern.
It-tkabbir ekonomiku fi tliet snin li ġejjin mistenni jibqa’ b’saħħtu fit-tliet snin li ġejjin, fil-livell ta’ bejn 4% u 5%.Aqra aktar
Kważi nofs l-ishma tal-Lombard Bank għaddew għand il-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali. Dan wara li l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarja u l-Bank Ċentrali Ewropew taw l-approvazzjoni għal din it-transazzjoni.Aqra aktar
Il-Bank of Valletta ħabbar ir-riżultati tiegħu għall-ewwel sitt xhur tas-sena li għalqu fit-30 ta’ Ġunju. Il-profitt qabel il-provvedimenti għal-litigazzjoni jammonta għal €88.5 miljuni, li huwa 30% ogħla mis-€67.8 miljuni rreġistrati għall-istess perjodu s-sena l-oħra, u fil-fatt huwa l-ogħla profitt għal nofs is-sena li qatt ġie rrapportat mill-Grupp. Il-Grupp irreġistra profitt qabel it-taxxa ta’ €13.5 miljuni, wara li għaraf provvediment għal-litigazzjoni ta’ €75 miljun. Aqra aktar
Il-Ministru għall-Finanzi, il-Professur Edward Scicluna, żvela l-interess veri tad-deputat Nazzjonalista Mario De Marco fejn jidħlu kwistjonijiet ta’ ħasil ta’ flus.
F’artiklu fit-Times of Malta l-Professur Scicluna tkellem fuq ir-rapport tal-European Banking Authority dwar istituzzjonijiet Maltin u spjega fid-dettall il-ħidma tal-gvern Malti kontra l-ħasil ta’ flus u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet li jaħdmu f’dan il-qasam. Fil-fatt l-aħħar xhur u snin kienu implimentati bidliet importanti ħafna li l-Ministru Scicluna jispjega f’ċertu dettall.
Peró kien hemm każ li ma kienx magħruf pubblikament li l-Ministru Scicluna għamel referenza għalih.
Mar lura għas-sajf tal-2015 meta ma’ De Marco kien qed jitkellem miegħu fuq emendi għall-att kontra l-ħasil ta’ flus.
Scicluna tkellem dwar kif Mario De Marco, avukat tal-kriminal, kien qed jirrappreżenta lill-oppożizzjoni fil-biċċa xogħol delikata li jkunu emendati l-liġijiet Maltin kontra l-ħasil ta’ flus.
Iżda, f’jum minnhom telaq mgħaġġel minn laqgħa fuq is-suġġett u mar l-Imrieħel fejn għandhom l-uffiċini l-FIAU u l-MFSA.
Dan għamlu biex jhedded istituzzjoni li ftit minuti qabel kien qed jiddiskuti mal-Ministru Scicluna kif suppost għandha tissaħħaħ. De Marco kien qed jiddefendi b’kemm kellu saħħa klijenti bl-isem ta’ Fanplay. Taljani li kienu qed jiffaċjaw akkużi serji ta’ rabtiet ma’ organizazzjonijiet kriminali bħal Ndrangheta u saħansitra kien hemm mandat ta’ arrest ewropew fil-konfront tagħhom. L-istituzzjonijiet Maltin kienu rtirawlhom il-liċenzja u dan minħabba suspetti ta’ ħasil ta’ flus. Peró De Marco kellu l-wiċċ imur jiġġieled u jhedded biex jaqbeż għalihom fl-istess ħin li f’isem il-PN kien mistieden biex jgħin fil-bidliet leġiżlattivi kontra l-ħasil ta’ flus.
De Marco huwa l-istess kelliem tal-PN li qed jitlob għar-riżenja tal-Ministru Edward Scicluna u fl-artiklu tiegħu Scicluna ma joqgħodx lura milli jitkellem dwar din it-talba u jesponi l-ipokrezija tal-kelliema tal-Partit Nazzjonalista. Għax De Marco hu biss wieħed minnhom.
“Introduċejna numru ta’ miżuri fiskali kollha mmirati biex jattiraw investituri biex jużaw istituzzjonijiet finanzjarji alternattivi fejn jistgħu jinvestu barra s-settur bankarju tradizzjonali. Tali diversifikazzjoni mhux biss se jżid l-għażliet t ‘aċċess għall-finanzi mill-operaturi ekonomiċi iżda tnaqqas l-ispiża tal-finanzi “, qal il-Ministru Edward Scicluna meta ndirizza l-Konferenza Annwali dwar l-Edukazzjoni għall-Investituri organizzata mill-Borża ta’ Malta. Aqra aktar
Send this to a friend