films – One News

Notifiki

“Kull persuna li taħdem fl-industrija tal-films, ħsiebha hu li xi darba tirbaħ Oscar”- Mario Azzopardi

Aktar kmieni t-Tlieta ħarġu n-nomini finali għall-Oscars ta’ din is-sena, u jidher li l-ġlieda għall-unur tal-Aqwa Film hi bejn il-films Green Book u Roma b’dan tal-aħħar jikiser ir-rekord għall-ewwel film ta’ Netflix li qatt kien innominat għall-Aqwa Film.

Il-film Bohemian Rhapsody rnexxielu jikseb nominazzjoni f’ħames kategoriji fosthom l-aqwa film tas-sena.

Iżda l-kritiku tal-films, Mario Azzopardi, qal li din is-sena ftit li xejn kien hemm sorpriżi fin-nominazzjonijiet finali, fosthom żewġ films black and white li jinsabu nnominati għall-aqwa ċinematografija.Aqra aktar

Il-Musicals għadhom popolari!

Fis-snin imgħoddija, il-musicals kienu popolari ħafna u Hollywood kien jagħmel minn kollox biex, fost l-oħrajn, jaqbad l-aqwa produzzjonijiet mużikali fuq Broadway biex jikkonvertihom għal fuq il-liżar ċinematografiku bl-akbar stravaganza possibbli.

Min jista’ jinsa’ musicals bħal “Singin’ In the Rain” (1952), “West Side Story” (1961), “The Wizard of Oz” (1939), “The Sound of Music” (1965), “Mary Poppins” (1964), “My Fair Lady” (1964), “The King and I” (1956) u tant oħrajn.

Imbagħad il-musicals qieshom sparixxew.  Imma meta joħroġ xi wieħed, dejjem jirnexxu, speċjalment magħna l-Maltin.  Min jista’ jinsa’ s-suċċess fenominali li kellu s-sena l-oħra “Beauty and the Beast”, tant li skont l-NSO marru jarawh mal-64,000 u spiċċa l-film tas-sena.

Din is-sena kellna xalata ta’ musicals li kollha marru tajjeb.  Bdejna s-sena b’“The Greatest Showman” li għamel ġimgħatejn l-aktar film popolari mal-Maltin.  Fl-aħħar ġimgħa ta’ Lulju ħareġ “Mamma Mia! Here We Go Again” fejn reġgħet spikkat il-mużika tal-ABBA.  Minkejja n-nuqqas li nħass ta’ Meryl Streep, il-film għamel seba’ ġimgħat fil-quċċata tal-box office lokali.  Patta xi ftit bil-preżenza ta’ Cher li kantat (flimkien ma’ Andy Garcia), il-kanzunetta ‘Fernando’.  Cher kellha tidher ukoll fl-ewwel film li rajna għaxar snin ilu imma dak in-nhar kienet irrifjutat il-parti.

Issa f’dawn l-aħħar ġimgħat kellna “Bohemian Rhapsody” li fakkarna fil-kobor ta’ Freddie Mercury u sħabu tal-grupp maġiku Queen.  Issa ilu erba’ ġimgħat fil-quċċata tal-popolarità magħna l-Maltin u probabbli jdum aktar fost il-films li jmorru jarawh l-aktar. Aqra aktar

€350,000 oħra f’fondi għall-proġetti fil-qasam tal-films

Il-Kummissjoni Maltija għal Films għal darb oħra reġgħet nediet fond ta’ tliet mija u ħamsin elf ewro għal dawk kollha li jixtiequ jtellgħu produzzjonijiet f’dan il-qasam.

Dan il-fond ser ikun qed jinkludi skemi għal seba’ taqsimiet differenti.

Dawn jinkludu skemi għal kittieba, għal films qosra, dokumentarji, serje, festivals internazzjonali, produzzjoni u żviluppi ta’ dawn il-produzzjonijiet.

L-għan ta’ dan il-fond huwa li jibqa’ jinkoraġixxi produzzjonijiet ta’ kwalità f’dan il-qasam sabiex b’hekk ukoll toħroġ il-kultura u talent Malti.Aqra aktar

‘Thriller’ Malti se jsaħħar udjenza internazzjonali

Ħareġ l-ewwel trailer tal-film The Boat, miktub minn Winston u Joe Azzopardi li se jgħidilna l-istorja ta’ sajjied li ntilef fuq dgħajsa fuq il-baħar.

Il-film jaqa’ taħt il-ġeneru Thriller, minħabba l-avventura xejn pjaċevoli li jgħaddi minnha s-sajjied żagħżugħ b’ibħra li mhux famijari magħhom.

Il-film mistenni joħroġ iktar tard dan ix-xahar.Aqra aktar

L-ewwel karattru gay fil-films ta’ Disney

Il-Film ‘Beauty and the Beast’ se jkun qed jintroduċi l-ewwel karattru gay fil-films ta’ Disney. Dan ħabbru d-Direttur Bill Condon li spjega li l-karattru LeFou, li huwa l-persuna li dejjem tkun ma’ Gaston, il-karattru l-kattiv tal-istorja, se jkun qed jesplora s-sesswalità tiegħu f’dan il-film.

Aqra aktar

Send this to a friend