fiduċja – One News

Notifiki

Busuttil ma jgħidx jekk għandux fiduċja fil-Kap

L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil naqas milli jiddikjara l-fiduċja tiegħu fil-Kap attwali Adrian Delia.

Dan sar wara li l-ġurnal The Times bagħat mistoqsija lid-deputati tal-Oppożizzjoni kollha jistaqsi jekk għandhomx fiduċja fil-kap tagħhom.

Fil-fatt, fost it-28 Deputat Nazzjonalista kien Mario Galea biss li wieġeb b’mod ċar li għandu fiduċja assoluta f’Delia.  Simon Busuttil wieġeb li ma kellux kumment x’jgħaddi u wieġeb biss ‘no comment’.Aqra aktar

“Referendum ieħor dwar Brexit jista’ jkisser il-fiduċja li għandu fina l-poplu”- Theresa May

Li jsir referendum ieħor ikun pass li jkisser il-fiduċja mal-poplu Ingliż. Din jidher li se tkun it-twissija ta’ Theresa May lill-Membri Parlamentari. L-eks Prim Ministri, John Major u Tony Blair huma fost dawk li qed iħeġġu għal referendum ġdid jekk il-membri parlamentari ma jistgħux jaqblu fuq triq ‘il quddiem.

Però l-Prim Ministru Ingliż se targumenta li ssir ħsara rreparabbli lill-integrità tal-politika jekk dan isir.

Muscat jibqa’ ferm iktar fdat minn Delia (+26%)

L-istħarriġ tal-maltatoday wera li l-Prim Ministru, Joseph Muscat, baqa’ ferm iktar fdat mill-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, li wara li f’Diċembru niżel taħt l-għaxra fil-mija din id-darba ma kellux fejn inaqqas iktar. Fil-fatt irreġistra xi żidiet biex hu fdat minn 15% tal-Maltin, filwaqt li l-Prim Ministru huwa fdat minn 41% tal-Maltin. Dan ifisser li għal darb oħra, Joseph Muscat, żamm vantaġġ sod anke jekk fil-pożizzjoni ta’ Prim Ministru fejn il-kariga titolbu jieħu deċiżjonijiet kontinwi.Aqra aktar

Il-Prim Ministru dwar l-ewwel deċiżjoni li jieħu jekk jerġa’ jingħata l-fiduċja

Il-Prim Ministru  għandu ħsieb ċar ta’ xi jkunu l-ewwel deċiżjonijiet tiegħu jekk fit-3 ta’ Ġunju jerġa’ jkun elett Prim Ministru. Wieġeb dwar dan fil-programm Dissett l-Erbgħa filgħaxija.

“Nibdew id-diskussjonijiet mal-imsiehba socjali dwar l-implimentazzjoni tal-festi pubbliċi, u nagħtu mbuttatura kbira lill-progetti tal-housing u r-riforma fil-qasam tal-kera,” qal il-Prim Ministru.

F’Dissett, il-Prim Ministru nnota kif Simon Busuttil għadu qed jaħrab il-konfront, imma fil-verità id-deċiżjoni tal-poplu għall-elezzjoni hija waħda ċara bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil: min se jkun il-Prim Ministru li jieħu d-deċiżjonijiet għall-pajjiż.

Aqra aktar

Malta bl-iktar gvern fdat fl-Unjoni Ewropea

Il-gvern Malti huwa l-iktar fdat fl-Unjoni Ewropea u saħansitra l-poplu Malti għandu iktar fiduċja fil-gvern milli għandu fil-Parlament jew fl-Unjoni Ewropea. Dan irriżulta minn stħarriġ xjentifiku li jsir għall-Unjoni Ewropea magħruf bħala l-Eurobarometer.

Aqra aktar

Send this to a friend