Fgura – One News

Notifiki

FILMAT: Il-PL jtella’ seba’ Kunsilliera fil-Fgura

Il-lokalità tal-Fgura għażlet lill-Partit Laburista għat-tmexxija tiegħu f’dawn il-ħames snin, b’Pierre Dalli jkun ikkonfermat mill-ġdid bħala Sindku.

Żewġ kandidati f’isem il-Partit Nazzjonalista wkoll kienu eletti fil-Kunsill Lokali tal-Fgura.

“Moviment ta’ bidla istituzzjonali wkoll”- il-PM

Storikament qatt ma kien hawn moviment f’pożizzjoni tajba li jwettaq il-bidla.

Stqarr dan il-Prim Ministru Joseph Muscat meta fisser kif il-moviment Laburista jaħseb għall-futur billi ma jibżax ibiddel.

Huwa qal dan waqt li tkellem dwar il-bidliet fil-kostituzzjoni tal-pajjiż u l-proposta tal-Parlament Ewropew li tiġi l-Kummissjoni Venezja bħala entità indipendenti li tara x’inhuma s-sistemi ta’ pajjiżna.Aqra aktar

“Sena b’investiment f’infrastruttura għall-futur” -JM

Fl-aħħar attività politika għal din is-sena, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar kif matul din is-sena l-pajjiż għamel investiment kbir fl-infrastruttura tal-pajjiż u wera li nbidlet totalment il-paġna ta’ kif isir l-investiment f’dan il-qasam.

Infrastruttura li tinkludi t-toroq, iżda mhux biss.Aqra aktar

ARA: Irid iqajjem kuxjenza dwar il-bullying bi tpinġija fil-pubbliku

Sa minn età żgħira, Justin Bonnici kien iħobb jesperimenta bit-tpinġija, iżda fl-aħħar ħames snin beda jaħdem fuq il-ħajt u jispeċjalizza bħala artist tat-triq, bix-xogħlijiet ewlenin tiegħu jinsabu fil-Fgura.

L-aħħar xogħol tiegħu huwa propju pittura kbira fuq il-ħajt li tindirizza t-tema tal-ibbuljar fuq it-tfal. Biswit il-pittura ħdejn l-iskola primarja tal-Fgura, Justin, li għandu sitta u għoxrin sena qalilna li kultant, stampa tesprimi dak li mhux kapaċi jintqal bil-fomm. Aqra aktar

Send this to a friend