festivals – One News

Notifiki

The Travellers, Skald u Mistura fost it-talenti lokali f’Għanafest 2019

The Travellers, Skald u Mistura, fost l-oħrajn, se jkunu qegħdin jagħtu spettaklu uniku waqt l-Għanafest ta’ din is-sena, li se tkun qiegħda ssir llejla 21 ta’ Ġunju u għada 22 ta’ Ġunju fi Ġnien l-Argotti fil-Furjana.

Il-Ministru Owen Bonnici żar l-aħħar preparamenti, fosthom il-provi ta’ The Travellers li se jkunu qed jagħtu spettaklu llejla fl-Argotti. Permezz ta’ festivals bħall-Għanafest, qegħdin nagħtu spazju xieraq lit-talent lokali biex jimraħ u jsaħħaħ il-karriera mużikali tiegħu, filwaqt li nkomplu nippromwovu l-aċċessibbiltà għall-avvenimenti kulturali Maltin ta’ kwalità għolja.Aqra aktar

Festivals Malta tniedi l-programm ta’ festivals differenti għas-sajf li ġej

Festivals Malta nediet il-programm għall-istaġun sajfi, xahrejn ta’ kultura kontinwa b’ideat ġodda u inovattivi, esperjenza li se tinħass minn kulħadd.

Il-fesitval Għanafest, taħt id-direzzjoni tal-direttur artistiku, Tiziana Calleja, se jikontribwixxi għal qawmien mill-ġdid tal-wirt storiku Malti mżewwaq mal-kultura tal-lum. Ġnien l-Argotti se jkun qed jieħu xejra differenti b’programm għall-familja kollha.Aqra aktar

Malta issa għandha Ambaxxatriċi għall-Festivals

Id-DJ Irlandiża Annie Mac inħatret Ambaxxatriċi Maltija tal-Festivals.  Hija magħrufa l-aktar għall-programm tar-radju fuq BBC Radio 1 li jismu Radio 1’s Dance Party with Annie Mac. Mac hija l-ewwel Ambaxxatriċi Maltija għall-festivals, u ngħatat iċ-ċertifikat ta’ dan mill-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, u l-Kap tal-Avvenimenti fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Lionel Gerada.Aqra aktar

Emma Muscat ma’ Rita Ora u Martin Garrix f’Summer Daze

Emma Muscat se tkun waħda mill-kantanti li se joffru spettklu waqt il-festival Summer Daze.

Emma se tkun qed tkanta fl-istess kunċert ma’ Rita Ora u Martin Garrix, nhar l-14 ta’ Awwissu. Fil-15 ta’ Awwissu, Roger Sanchez se jkun fost l-ismijiet kbar li se jkunu hawn Malta għall-istess festival, organizzat mill-MTA.Aqra aktar

Appuntament annwali mat-tadam

Bħallum m’hemmx dubju li l-belt Spanjola ta’ Buñol ma jirbħilha ħadd fil-ħmura.

Dan hekk kif llum jaħbat l-aħħar Erbgħa ta’ Awwissu, il-jum li fih ta’ kull sena din il-belt tinbidel f’arena ta’ ġlied bit-tadam.

Aqra aktar

Festivals Maltin b’timbru Ewropew

Rikonoxximent Ewropew jista’ jwassal għal orizzont ta’ opportunitajiet permezz ta’ networking ma esperti ta’ esperjenzi u fehemiet differenti f’kwalunkwe qasam.

Issa diretturi lokali tal-festivals se jkollhom dan iċ-ċans ikollhom it-timbru EFFE, Europe for Festivals Festivals for Europe, biex kull ma jmur jikber l-impatt artistiku Malti fis-suq Ewropew, u joffri opportunitajiet uniċi għall-artisti tagħna.

Aqra aktar

Send this to a friend