festival – One News

Notifiki

Tintemm b’suċċess l-edizzjoni tal-2019 ta’ ŻiguŻajg

Udjenza inkredibbli li tlaħħaq il-21,000 persuna attendiet bi ħġarha għall-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ ŻiguŻajg: il-Festival Internazzjonali għat-Tfal u ż-Żgħażagħ, qabel ma waslet fi tmiemha nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru. F’għeluq id-disa’ sena tiegħu, f’din l-edizzjoni l-Festival kompla jissoda r-reputazzjoni li għandu bħala l-festival ewlieni tax-xorta tiegħu fir-reġjun u ssokta jibni fuq il-popolarità dejjiema tiegħu ma’ udjenzi ta’ kull età. Aqra aktar

L-Imqabba, Għawdex, il-Port il-Kbir, u l-Fosos tal-Floriana protagonisti fil-Festival Internazzjonali tal-logħob tan-nar 2019

Il-Ministru Konrad Mizzi nieda t-18-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-logħob tan-Nar. Il-Festival jibda fl-24 ta’ April fl-Imqabba. Il-Festival se jmur ukoll fil-Gżira Għawdxija, fejn se jittella’ spettaklu fix-Xagħra fis-27 t’April.

Fit-30 ta’ April, l-ispettaklu tan-nar ikun fuq il-Port il-Kbir. L-ispettaklu se jkun kollu is-sinkronizat mal-muzika, kif spjega l-Head of Events tal-MTA Lionel Gerada. Is-Sibt 4 ta’ Mejju se jkun hemm spettaklu ta’ logħob tan-nar tal-art mekkaniżżat fuq il-Fosos tal-Floriana bis-sehem ta’ tmien kamar tan-nar lokali.Aqra aktar

Festival Internazzjonali tal-Milied fil-Mellieħa

The Mellieħa International Christmas Festival ser ikun qed jiġi organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment għall-Gvern Lokali, L-Awtorità Maltija Għat-Turiżmu, l-Fondazzjoni Valletta 2018, Reġjun Tramuntana u The Malta Christmas Festival. Din l-attività ser tilħaq il-qofol tagħha b’attivitajiet li se jsiru fi Triq Ġorġ Borg Olivier u Misraħ il-Parroċċa mis-7 ta’ filgħaxija.

Aqra aktar

Kumpaniji teatrali minn ħames pajjiżi f’Malta għall-Festival Internazzjonali tat-Teatru

Kumpaniji teatrali minn ħames pajjiżi differenti se jkunu qed jipparteċipaw f’festival teatrali f’Malta bejn is-7 u l-11 ta’ Settembru.

Il-Festival Internazzjonali tat-Teatru ġie mniedi fl-2014 sabiex jikkomemora l-għoxrin anniversarju taċ-Ċentru Malti għad-Drama bħala l-iskola nazzjonali għall-arti tal-ispettaklu taħt id-Dipartiment għall-Edukazzjoni.

Il-Festival se jkun qed jinkludi numru ta’ workshops u diskussjonijiet sabiex ikun hemm skambju ta’ tradizzjonijiet u prattiċi teatrali. 

Is-sena l-oħra żewġ gruppi Maltin ġew mistiedna sabiex jipparteċipaw f’festivals barra minn xtutna.

F’din l-edizzjoni se jkunu qed jipparteċipaw Malta, l-Alġerija, l-Kroazja, l-Ġermanja, l-Italja, il-Ġappun u l-Korsovo. Il-festival se jkun qed jittella’ fil-Forti Sant’ Anġlu bi tlett prestazzjonijiet kull leja fis-7,9 u l-10 ta’ Settembru filwaqt li l-workshops se jittellgħu fiċ-Ċentru għad-Drama fit-8,9 u 10 ta’ Settembru.

Għall-iktar informazzjoni u l-programm komplut tistgħu iżżuru www.mitfestival.com jew ċemplu fuq 21220665.

Inawgurat il-festival ‘I Love Xlendi’

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet l-inizjattiva ‘I Love Xlendi’, imtella’ mill-Kunsill Lokali tal-Munxar bl-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-Kumitat tal-Kultura. ‘I love Xlendi’ tikkonsisti f’għadd ta’ attivitajiet fil-bajja pittoreska tax-Xlendi kull tmiem il-ġimgħa tul is-sajf fejn jispikka t-talent lokali.

Il-Ministru Justyne Caruana emfasizzat kemm huma importanti attivitajiet popolari bħal dawn fejn minbarra li jgawdi l-ġmiel naturali tax-Xlendi, wieħed ikun jista’ wkoll jirrikrea ruħu u jgawdi minn spettaklu varjat.

Aqra aktar

Send this to a friend