Festi | One News

Notifiki

Il-poplu Malti u Għawdxi jagħti aktar minn €9.9 miljun f’donazzjonijiet waqt maratoni fil-Festi

Il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena għal darb’oħra ħarġu fid-deher il-ġenerożità kbira tal-poplu Malti u Għawdxi. Fuq medda ta’ ftit anqas minn erba’ ġimgħat bejn id-9 ta’ Diċembru u l-1 ta’ Jannar, ingħataw kważi €9.9 miljun f’għadd ta’ maratoni li ttellgħu għall-karità u għall-partiti poltiċi. Dan ifisser li meta mqabbel mal-kampanji li saru fl-2017, inġabru aktar minn €1.3 miljun.Aqra aktar

Tweġġax lilek innifsek jew lil dawk li jħobbuk; tixrobx u ssuq illejla

Illejla b’mod partikolari, bosta jaraw fejn se jmorru jiċċelebraw it-tmiem ta’ sena oħra u l-bidu ta’ kapitlu ġdid tal-ħajja. Illejla bosta jisimgħu il-frażi “suq bilmod” jew “tixrobx u ssuq” qabel ma nitilqu ‘l barra mid-dar biex ingawdu dan il-lejl emozzjonali mal-għeżież tagħna.

Veru, malli nisimgħu dawn il-frażijiet, jew neqilbu għajnejna, jew ma nagħtuhomx widen. Kull sewwieq għandu d-dmir ikun jaf li l-limitu legali għal-livell ta’ alkoħol massimu fid-demm waqt is-sewqan f’Malta huwa ta’ 0.08g. Iżda bosta sewwieqa jaħsbu li jekk ma tixrobx aktar minn dan il-limitu, allura ma jkunux f’periklu.Aqra aktar

BIL-FILMAT: “Le Grazzi, se nsuq”

“No thanks, I’m driving”. “Le grazzi, se nsuq.” Messaġġ skjett iżda ċar ta’ kampanja kontra x-xorb u s-sewqan.

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-bidu ta’ xahar li matulu jiżdiedu l-okkażjonijiet tax-xorb minħabba l-festi, ġiet ikkwotata statistika li turi kif is-sena li għaddiet, f’pajjiżna mietu sbatax-il persuna f’ inċidenti tat-traffiku.Aqra aktar

Ix-Xagħrin jiċċelebraw il-45 sena mill-Inkurunazzjoni

Il-poplu tar-raħal pittoresk tax-Xagħra Għawdex iċċelebra il-45 sena mindu l-istatwa titulari tal-Bambina ġiet inkurunata b’kuruna tad-deheb.

Kien propju t-2 ta’ Settembru 1973 meta x-Xagħrin ħarġu minn djarhom bi ħġarhom biex jixhdu dan il-mument memorbali.

L-Isqof mibki Nikol Cauchi kien il-protagonist li poġġa l-kuruna tad-deheb fuq ras il-Bambina.Aqra aktar

Kunċert mill-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina fil-Mellieħa

L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina A.D.1947 tal-Mellieħa se tkun qed ittella’ l-kunċert annwali tagħha fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Marija Bambina nhar is-Sibt 1 ta’ Settembru fit-20.00 fil-pjazza tal-Parroċċa tal-Mellieħa. Dan il-kunċert se jkun mżewwaq b’diversi tipi ta’ mużika, minn stil klassiku sa dak modern, li se jolqot l-gosti ta’ kulħadd. Aqra aktar

Filmat: Statwa ġdida għal Santa Katarina

Ilbieraħ filgħaxija, bosta Żrieraq kienu qegħdin fuq ix-xwiek biex isegwu iċ-ċerimonja ta’ inawgurazzjoni tal-istatwa tal-monument ta’ Santa Katarina f’Misraħ ir-Reppublika ż-Żurrieq.

Lura fiż-żmien, it-tradizzjoni kienet tgħid li l-istatwa titulari tkun dejjem f’tarf ir-raħal. Infatti, fl-1766 kien hemm statwa fit-tarf taż-Żurrieq, dik ta’ Santa Katarina. Huwa għalhekk li fid-dawl ta’ tliet anniversarji importanti għaż-Żrieraq.Aqra aktar

Qanpiena ta’ 260 sena lura f’Ħad-Dingli

F’Lejlet il-Festa ta’ Santa Marija f’Ħad-Dingli ġie inawgurat proġett ta’ restawr fuq qanpiena imprezzabli li tmur lura għas-seklu 18. Din kienet l-aħħar waħda maħduma fil-funderija ewlenija tal-Kavallieri ta’ San Ġwann minn Ġulju Cauchi, l-istess persuna magħrufa għax-xogħol li għamel fuq il-qniepen tal-Kon-Katidral fil-Belt Valletta.Aqra aktar

Send this to a friend