festa | One News

Notifiki

Filmat: “Din il-ġimgħa nibnuha, għax irridu nibdew nippreparaw għall-festa”- il-kap tal-kamra tan-nar ta’ Ħal Għaxaq

Ħadd ma weġġa’ fi splużjoni fil-kamra tan-nar ta’ Santa Marija f’Ħal Għaxaq, fiż-żona magħrufa bħal ta’ Ħaxlun.

L-isplużjoni kienet waħda qawwija tant li heżżet lir-raħal ta’ Ħal Għaxaq u nstemgħet ukoll minn diversi rħula fil-madwar. Evidenti kienet id-daħna kbira li ħarġet minn dan il-kumpless għal ħabta tas-01:00.

Fuq il-post marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex neħħew kull periklu li kien hemm kawża tal-isplużjoni kif ukoll issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei. Aqra aktar

L-ewwel festa ta’ San Vinċenz De Paule bi statwa ġdida

Wara t-tisbiħ fir-residenza għall-anzjani ta’ San Vinċenz de Paule, issa r-residenza ċċelebrat għall-ewwel darba l-festa ta’ San Vinċenz de Paule.  Festa tradizzjonali Maltija li laħqet il-qofol tagħha fil-pjazza tar-residenza bit-tberik tax-xbiha ta’ San Vinċenz mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.  Aqra aktar

Spettaklu tan-nar minn fuq torri fil-Mosta

Il-Kamra tan-Nar 15 t’Awwissu tal-Mosta għall-ewwel darba, ser tkun qed itella spettaklu ta’ nar minn fuq torri. Dan flimkien ma’ logħob tradizzjonali ta’ nar ieħor li se jinġarqu qabel dan.

Dan ix-xow ser jittella lejliet il-festa ta’ Santa Marija.

Aqra aktar

Ir-raħal ta’ Ħal Tarxien libes il-libsa tal-festa

Tul din il-ġimgħa, ir-raħal ta’ Ħal Tarxien qed jiċċelebra l-Festa Titulari ta’ Marija Annunzjata. Festa f’raħal żgħir li fiċ-ċokon tiegħu wieħed isib għadd sostanzjali ta’ dilettanti li ta’ kull sena jaħdmu id f’id biex Ħal Tarxien ikompli jfur b’xogħol artistiku u pittoresk.

Waħda mill-Għaqdiet li taħdem qatiegħ għall dan ir-raħal hi l-Għaqda Kultura u Armar Marija Annunzjata li ‘fl-okkażjoni ta’ għeluq it-30 sena mit-twaqqif tagħha,  fetħet il-festi ad unur Marija Annunzjata f’Ħal Tarxien nhar l-Erbgħa 23 ta’ Mejju 2018 bl’inawgurazzjoni ta’ supraporti ġodda tul Triq l-Annunzjata.

Fuq disinn oriġinali tal-artist Għawdxi Josef Camilleri, dan il-proġett ambizzjuz ta’ 16-il supraporta sab postu mal-lista vasta t’armar rikk f’dan ir-raħal. Dik li xi darba kienet holma ghall membri tal-Għaqda, issa saret realta’.

Il-Program ta’ din l-istess Għaqda kompla il-Ħadd 27 ta’ Mejju fejn fi Triq is-Sorijiet gie inawgurat il-Pedestall Monumentali tal-istatwa ta’ Marija Annunzjata wara restawr estensiv. F’din l-attivita Muziko-Letterarja bil-partecipazzjoni tal-kor ‘Tota Pulchra’ taħt id-direzzjoni tas-Surmast Walter Tonna ġew premjati il-persuni li b’xi mod jew iehor kienu ta’ għajnuna għall-Għaqda, b’mod partikolari il-membri.

Intant tul din il-ġimgħa, flimkien ma’ attivitajiet oħra mtellà minn għadd ta’ għaqdiet fir-raħal, l-programm tal-Għaqda Kultura u Armar Marija Annunzjata relatat mal-Festa 2018 ikompli nhar it-Tlieta 29 ta’ Mejju bil kxif tal-istatwa ta’ Marija Reġina indurata bid-deheb fuq disinn dekorattiv tal-artist Manwel Grech fi Triq l-Annunzjata waqt Marċ Tradizzjonali mill-Banda Madonna tal-Gilju, Imqabba biex imbgħad nhar il-Ġimgha 1 ta’ Ġunju – ‘Kewkba’ – Xow spettakolari ta’ nar sinkronizzat mal-muzika fi Triq is-Sorijiet biswit il-Pedestall Monumentali ta’ Marija Annunzjata.’

Dan kollu se jkun mgħaġun ma’ attivitajiet oħra fosthom kunċert fuq il-plancier mtella mill-Għaqda Mużikali Marija Annunzjata flimkiem ma’ għadd ta’ marċi u prestazzjonijiet ta’ nar tal-art u tal-ajru.

Send this to a friend